LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w90 6/1 p. 16
  • Mistoqsijiet Mingħand il-Qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet Mingħand il-Qarrejja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
  • Materjal Simili
  • Ġesù—“Il-ħobż tal-ħajja”
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • “Ħobż Veru Mis-Sema”
    L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • Ħajja Taʼ Dejjem fuq l-Art—Tama Kristjana?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
  • “L-irxoxt u l-ħajja”
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
w90 6/1 p. 16

Mistoqsijiet Mingħand il-​Qarrejja

◼ Ġesù għala wiegħed li dawk li jpoġġu fidi fih ‘ma kienu se jmutu qatt assolutament,’ meta fil-​fatt dawk kollha li semgħuh mietu?—Ġwann 11:25, 26.

Meta Ġesù tkellem dwar li wieħed ma jmutx, jew li jgħix għal dejjem, hu b’mod ċar ma fissirx li dawk li semgħuh dak in-​nhar qatt ma kienu se jgħaddu mill-​mewt umana. II-punt bażiku li Ġesù kien qed jagħmel kien li l-​fidi fih setgħet twassal għall-​ħajja taʼ dejjem.

Darba minnhom, Ġesù sejjaħ lilu nnifsu “il-​ħobż tal-​ħajja.” Imbagħad żied: “Dan hu l-​ħobż li jinżel mis-​sema, biex kulħadd jistaʼ jiekol minnu u ma jmutx. Jiena l-​ħobż ħaj li niżel mis-​sema; jekk xi ħadd jiekol minn dan il-​ħobż se jgħix għal dejjem.”−Ġwann 6:43-51.

Billi jħares biss lejn dawk il-​kelmiet wieħed jistaʼ jikkonkludi li Ġesù kien qed igħid lill-​udjenza tiegħu li setgħu jevitaw l-​esperjenza tal-​mewt. II-kuntest, madankollu, ma jappoġġjax dik il-​konklużjoni. Ġesu kien għadu kif qal: “Din hi r-​rieda taʼ dak li bagħatni, li m’għandi nitlef xejn minn dak kollu li tani imma li jien għandi nirxoxtah fl-​aħħar jum.... Kulmin jilmaħ lill-​lben u jeżerċita fidi fih għandu jkollu l-​ħajja taʼ dejjem, u jien se nirxoxtah fl-​aħħar jum.... Ebda bniedem ma jistaʼ jiġi għandi jekk il-​Missier, li bagħatni, ma jiġbdux; u jien se nirxoxtah fl-​aħħar jum.” (Ġwann 6:39-44) U iktar tard huwa żied: “Dak li jiekol minn laħmi u jixrob demmi għandu l-​ħajja taʼ dejjem, u jien se nirxoxtah fl-​aħħar jum.” (Ġwann 6:54) Għaldaqstant, il-​wegħda taʼ Ġesù taʼ ‘li wiehed igħix għal dejjem’ ma tistax b’mod iġġustifikat tiġi mifhuma li tfisser li dawk li semgħuh ma kienu qatt se jesperjenzaw il-​mewt.

Tixbah lil dik il-​wegħda magħrufa tajjeb li Ġesù għamel lil Martha: “Jien hu l-​irxoxt u l-​ħajja. Min jeżerċita fidi fija, saħansitra għalkemm imut, se jieħu l-​ħajja; u kulmin qiegħed igħix u jeżerċita fidi fija ma se jmut qatt assolutament.” (Ġwann 11:25, 26) Ġesù ovvjament ma riedx ifisser, per eżempju, li l-​appostli lejali ma kienu se jmutu qatt bħalma kienu se jmutu bnedmin oħra. Fi żmien sena, kellhom jiġu midlukin bl-​ispirtu qaddis u kellhom jiġu mogħtija t-​tama taʼ li jsaltnu bħala slaten fis-​sema. Biex jirċievu dak ir-​rigal, riedu bil-​fors imutu bħala bnedmin. (Rumani 8:14-23; 1 Korintin 15:36-50) U nnota li Ġesù kien qal: “Min jeżerċita fidi fija, saħansitra għalkemm imut, se jieħu l-​ħajja.”

Il-wegħda taʼ Ġesù se tiġi mwettqa lejn il-​qaddejja devoti taʼ Alla li għexu u mietu qabel iż-​żmien meta l-​ħajja taʼ dejjem tibda biex tiġi pprovduta. Uħud lejali bħal dawn qegħdin jistennew irxoxt futur. Billi jibqgħu lejali wara li jiġu rxoxtati, huma qatt ma se jesperjenzaw “it-​tieni mewt,” il-​mewt eterna.—Rivelazzjoni 20:15; 21:8; Ġwann 8:51.

Iżda l-​profezija tal-​Bibbja tindika li aħna llum għandna opportunità speċjali. Billi qed ingħixu fil-​konklużjoni tas-​sistema taʼ affarijiet, nistgħu nsalvaw mit-​“tribulazzjoni l-​kbira” li ġejja u ngħaddu dritt għal ġod-​dinja l-​ġdida. Uħud bħal dawn li għandhom it-​tama taʼ ħajja taʼ dejjem f’ġenna tal-​art u li jżommu l-​lejaltà tagħhom lejn Alla mhux se jkollhom jesperjenzaw il-​mewt umana assolutament. Billi jsalvaw mit-​“tribulazzjoni l-​kbira,” se jiġu ggwidati “lejn għejjun taʼ ilmijiet tal-​ħajja.”−Rivelazzjoni 7:9-17.

[Stampa f’paġna 16]

Il-​kliem taʼ Ġesu lil Martha li kienet tant imnikkta jagħtina tama taʼ ħajja eterna.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja