LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w90 9/1 pp. 3-4
  • It-Tielet Millennju—Se Jwettaq it-Tamiet Tiegħek?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • It-Tielet Millennju—Se Jwettaq it-Tamiet Tiegħek?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
  • Materjal Simili
  • Meta Jibda t-Tielet Millennju?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • 2000—Sena Distinta?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • Il-Millennju l-Ġdid—X’Qed Joffrilek il-Futur?
    Il-Millennju l-Ġdid—X’Qed Joffrilek il-Futur?
  • Millennju Grandjuż Riesaq
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
w90 9/1 pp. 3-4

It-​Tielet Millennju—Se Jwettaq it-​Tamiet Tiegħek?

IL-​ĦIN qed jonqos. Arloġġ diġitali fuq il-​faċċata taċ-​ċentru kulturali taʼ Beaubourg f’Pariġi, Franza, qed juri n-​numru taʼ sekondi li fadal. Se jkompli jgħodd il-​ħin sa nofs il-​lejl tal-​31 taʼ Diċembru, 1999. F’dak il-​ħin, se tiġri xi ħaġa li dehret darba biss fl-​Era Komuni tagħna: id-​dħul taʼ millennju ġdid, it-​tielet millennju.

“Is-​sena 2000 hija, b’xi mod, ‘l-​iktar ġrajja mistennija’ fl-​istorja umana s’issa,” jissuġġerixxi r-​riċerkatur soċjali Bernward Joerges taʼ Berlin, il-​Ġermanja. Għala stennija bħal din? Wara kollox, is-​sena 2000 hija sempliċement data oħra fil-​medda taż-​żmien. Barra minn hekk, id-​data hija rikonoxxota biss minn dawk li qed jużaw il-​kalendarju tal-​Punent. Skond il-​kalendarju Islamiku, is-​sena 2000 E.K. taħbat matul is-​sena Islamika 1420; skond il-​kalendarju Lhudi, 5760 A.M.

Imma f’intervista mal-​ġurnal Svediż taʼ kuljum Dagens Nyheter, il-​Professur Joerges jispjega: “Minħabba l-​kolonjaliżmu u l-​imperjaliżmu, il-​kronoloġija Gregorjana tagħna, li tibda kif ġie ssoponut mit-​twelid taʼ Kristu, saret iktar popolari f’ħafna partijiet tad-​dinja.” Is-​sena 2000 se tkun b’hekk marka taʼ epoka globali għal parti mhux ħażin tad-​dinja. Igħid il-​Professur Joerges: “In-​nies kollha se jassoċjaw il-​biografiji persunali tagħhom kif ukoll kull ħaġa oħra maʼ din il-​ġrajja.”

Madankollu, ħafna wħud għandhom iktar f’moħħhom milli sempliċement jimmarkaw il-​ħin.“Proġetti u programmi fuq skala kbira li jimmarkaw, jagħtu sinjifikat u jiċċelebraw lil din il-​ġrajja diġà qed isiru f’kull sfera tal-​ħajja u fuq kull livell soċjali,” isostni Joerges. Hu jżid li “mal-​globu kollu, dawk l-​organizzaturi li jipproġettaw bil-​kbir u ‘organizzaturi tal-​wirjiet’ qed joħolmu u jippjanaw ġrajjiet kbar.” Bassara oħra jgħidu li “se nifgaw fid-​dulluvju taʼ kotba fuq is-​seklu li għadda. Il-​mezzi taʼ komunikazzjoni kollha se jiġġennu minħabba li se naqilbu l-​millennju. Stazzjon tal-​Ġermanja tal-​Punent qed jippjana xandira taʼ 24 siegħa taʼ tlugħ ix-​xemx differenti madwar l-​art.”

Il-mezzi taʼ komunikazzjoni se jkunu żguri li jagħmlu plejtu sħiħ dwar l-​aħħar tarbija li tit-wieled fl-​1999 u l-​ewwel waħda li titwieled fis-​sena 2000. Ġurnalisti jkunu ħerqana biex jiskopru dawk il-​ftit uħud li twieldu fis-​seklu 19 biex jistaqsuhom kif iħossuhom li jkunu għexu fi tliet sekli u żewġ millenji! Xi wħud saħansitra jħossu li dan il-​plejtu kollu dwar il-​millennju se jiġġenera xorta taʼ isteriżmu tal-​massa. Skond tbassir xejn m’hu sabiħ, mad-​daqq taʼ nofs il-​lejl taʼ dik is-​Sena l-​Ġdida, ħafna se jikkommettu suwiċidju.

Minkejja eċċessi ovvji bħal dawn, wieħed jistaʼ jifhem li din il-​ġrajja se tkun affaxxinanti. Għal ħafna nies fid-​dinja mimlija inkwiet tagħna, il-​millennju l-​ġdid huwa meqjus bħala xrara tama, bieb għal futur aħjar. Xi wħud iħarsu lejn ix-​xjenza u t-​teknoloġija biex jipproduċu futur li fih aħna se nieklu aħjar u ngħixu iktar, naħdmu inqas u noqogħdu iktar id-​dar; fejn ir-​‘robots’ se jeħilsuna minn xogħol taʼ dwejjaq; fejn fużjoni kkontrollata se tbiddel l-​ilma f’likwidu li jħaddem il-​magni. Jimmaġinaw futur taʼ Televiżjoni bl-​olografu, telefon bl-​istampa, magni tat-​telekomunikazzjoni bil-​kulur, u telefon li jittraduċi waqt li tkun qed titkellem. Joħolmu li se jesploraw il-​Qamar, Mars, jew xi pjaneta oħra, biex jisfruttawhom.

Imma mhux kulħadd huwa daqshekk ottimist. Xi ftit minn dawk li jagħmlu r-​riċerki jħarsu lejn il-​millennju ġdid bħala li fih se jibda żmien taʼ li l-​popolazzjoni tad-​dinja tikber b’mod mhux ikkontrollat u taʼ kollass ambjentali. It-​tniġġis tal-​arja se jbiddel l-​atmosfera tal-​art f’serra mimlija fwar. Muntanji tas-​silġ idubu u l-​ibħra jogħlew, u jgħarrqu l-​postijiet popolati u produttivi billi jittrasformaw miljuni taʼ kilometri taʼ wċuħ tar-​rabaʼ f’deżerti. Huma jaraw minn qabel kollass ekonomiku dinji, instabbilità politika li se theżheż lill-​gvernijiet u lis-​soċjetajiet, delitti bla limitu, u l-​agħar ħaġa, olokawst nukleari li jeqred il-​ħajja umana kollha.

Il-bassara għandhom ħafna spekulazzjonijiet però ma tantx huma ċerti fejn għandu x’jaqsam il-​millennju li riesaq. Sempliċement wisq fatturi li ma jistgħux jidhru huma involuti biex ibassru l-​futur b’mod eżatt. Futurista professjonali jxebbah dan ma logħba taċ-​ċess: “Qabel ma nilgħab li jkun imissni, nara kemm nistaʼ bil-​quddiem iċ-​ċaqliqiet taʼ wara. Imma wara li l-​opponent tiegħi jilgħab, nerġaʼ nagħmel kollox mill-​ġdid.”

Eżatt x’se ġġib magħha s-​sena 2000, iż-​żmien biss jistaʼ jgħidu. Dan ma jfissirx, iżda, li l-​futur tiegħek irid ikun inċert. Il-​Bibbja tipprovdi evidenza biżżejjed li aħna qegħdin qrib il-​wasla taʼ millennju bil-​wisq iktar sinjifikanti minn dak li se jibda f’inqas minn għaxar snin oħra. Dan il-​millennju li qed joqrob se jgħaddi bil-​kbir kull stennija umana! Dan xi jfisser eżatt? X’se jinvolvi? Aħna nistednuk biex tikkunsidra l-​artiklu li jmiss tagħna u titgħallem x’għandha xi tgħid il-​Bibbja.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja