LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w93 7/1 pp. 3-4
  • Għammed! Għammed! Għammed!—Imma Għala?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għammed! Għammed! Għammed!—Imma Għala?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
  • Materjal Simili
  • It-Tifsira tal-Magħmudija Tiegħek
    Magħqudin fil-Qima Taʼ L-Uniku Alla Veru
  • Għala Titgħammed?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • Il-Magħmudija Ġġiblek Futur Sabiħ!
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
  • X’Inhi l-Magħmudija?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
w93 7/1 pp. 3-4

Għammed! Għammed! Għammed!—Imma Għala?

“F’TEMP taʼ ftit xhur għammidt iktar minn għaxart elef irġiel, nisa, u tfal.” Hekk kiteb il-​missjunarju Ġiżwita Franġisku Saverju rigward ix-​xogħol tiegħu fis-​saltna taʼ Travancore, fl-​Indja. “Mort minn raħal għal raħal u għamilt Kristjani minnhom. U kulfejn mort ħallejt warajja kopja tat-​talb u l-​kmandamenti tagħna fil-​lingwa tal-​post.”

Billi kien impressjonat ferm bl-​ittri taʼ Franġisku Saverju, ir-​Re Ġwanni tal-​Portugal ordna li jiġu moqrijin fuq kull pulptu madwar is-​saltna tiegħu. L-​ittra taʼ Jannar 1545 li għadna kif ikkwotajna saħansitra ġiet approvata għall-​pubblikazzjoni. Ir-​riżultat? “F’qasir żmien nofs l-​istudenti fl-​Ewropa, ‘billi bdew jinxteħtu għarkobbtejhom u jxerrdu dmugħ jaħraq,’ kienu qegħdin igħajtu biex imorru l-​Indja u jikkonvertu lill-​pagani,” jikteb Manfred Barthel fil-​ktieb tiegħu The Jesuits​—History & Legend of the Society of Jesus. Hu żied: “L-​idea li setaʼ kien meħtieġ iktar minn xi ftit uħud li jbexxu bl-​ilma mbierek u taʼ xi basket mimli fuljetti biex jikkonvertu r-​renju kollu kemm hu lanqas biss daħlet f’moħħ ħafna minnhom dak iż-​żmien.”

Attwalment x’kien ġie mwettaq b’konverżjonijiet tal-​massa bħal dawn? Il-​Ġiżwita Nicolas Lancilloto b’mod realistiku rrapporta lil Ruma: “Il-​biċċa l-​kbira taʼ dawk li tgħammdu għandhom xi mottiv ulterjuri. L-​irsiera tal-​Għarab u L-​Indu jittamaw li jiksbu l-​ħelsien permezz tagħha jew jiksbu protezzjoni minn sid oppressiv jew sempliċement biex jakkwistaw libsa twila ġdida jew turban ġdid. Ħafna jagħmlu dan biex jeħilsu minn xi kastig. . . . Xi wħud li huma mqanqlin mill-​konvinzjonijiet tagħhom stess biex ifittxu s-​salvazzjoni fit-​tagħlim tagħna huma meqjusin bħala mġienen. Ħafna jsiru apostati u jerġgħu lura lejn il-​prattiċi pagani taʼ qabel tagħhom ftit wara li jiġu mgħammdin.”

Ix-xewqa taʼ li jikkonvertu u jgħammdu lill-​pagani kienet ukoll ix-​xewqa tal-​esploraturi Ewropej f’dik il-​era. Jingħad li Kristofru Kolombu għammed lill-​ewwel “Indjani” li hu ltaqaʼ magħhom fil-​Karibew. “Fil-​politika uffiċċjali tal-​gvern Spanjol il-​konverżjoni tal-​popolazzjoni tal-​pajjiż tpoġġiet bħala l-​ewwel prijorità,” igħid The Oxford Illus­trat­ed History of Christianity. “Sat-​tmiem tas-​seklu sittax, is-​7,000,000 Indjan fl-​imperu Spanjol kienu Kristjani, tal-​inqas tal-​isem. Fejn għandna statistiċi taʼ konverżjonijiet (Pedro de Gante, qarib tal-​Imperatur Karlu V, li kien ingħaqad mal-​missjunarji, irrakkonta dwar meta għammed 14,000 bil-​għajnuna taʼ wieħed minn sħabu f’jum wieħed), huwa evidenti li mhux possibbli li kien hemm istruzzjoni serja preliminari.” Konverżjonijiet superfiċjali bħal dawn taʼ spiss kienu akkumpanjati bi trattament aħrax, brutali, u oppressiv fuq in-​nies tal-​post.

L-importanza li tpoġġiet fuq il-​magħmudija kompliet tqanqal lil dawn l-​esploraturi u l-​missjunarji. Fl-​1439, il-​Papa Ewġenju IV ħareġ digriet fil-​Konċilju taʼ Firenze li kien igħid: “Il-​Magħmudija mqaddsa qiegħda fl-​ewwel post fost is-​sagramenti, għaliex hija l-​bieb tal-​ħajja spiritwali; għax biha aħna niġu magħmulin membri taʼ Kristu magħqudin mal-​Knisja. U ladarba permezz tal-​ewwel bniedem il-​mewt daħlet f’kulħadd, jekk aħna ma nitweldux mill-​ġdid bl-​ilma u b’Ruħ il-​Qodos, ma nistgħux nidħlu fis-​Saltna tas-​Sema.”

Inqalaʼ l-​inkwiet, iżda, dwar sewwa sew il-​magħmudija taʼ min kienet valida u taʼ min ma kinetx. “Minħabba li kienet ir-​rit fundamentali biex wieħed jidħol fil-​komunità tal-​knisja, il-​magħmudija malajr ġiet ­addottata bħala dritt esklussiv minn partita knejjes rivali, billi kull waħda minnhom ­sejħet lilha nfisha ortodossa u akkużat lill-​oħrajn b’ereżija u xiżma. Modifikazzjonijiet tar-​riti tal-​magħmudija mid-​diversi setet kienu inevitabbli,” tinnota The Encyclopedia of Religion.

L-użanza tal-​magħmudija, madankollu, kienet teżisti qabel il-​fidi Kristjana. Kienet issir f’Babilonja u fl-​Eġittu tal-​qedem, fejn l-​ilmijiet kesħin tan-​Nil kien jingħad li jagħtu iktar saħħa u jakkwistawlek l-​immortalità. Il-​Griegi wkoll kienu jemmnu li l-​magħmudija setgħet iġġib riġenerazzjoni jew setgħet tikseb l-​immortalità għall-​membru l-​ġdid. Is-​setta Lhudija f’Qumran ipprattikat il-​magħmudija għal xi ħadd li beda mal-​komunità tagħhom. Kien meħtieġ li dawk il-​Ġentili kkonvertiti għal ġol-​Ġudaiżmu jiġu ċirkonċiżi u sebat ijiem wara jiġu mgħammdin billi jiġu mgħaddsin fl-​ilma quddiem ix-​xhieda.

Ovvjament, importanza kbira ingħatat lill-​magħmudija matul iż-​żminijiet. Imma xi ngħidu għal-​lum? Hija neċessarja f’dawn iż-​żminijiet moderni? Jekk inhu hekk, għala? Tabilħaqq, għandek int titgħammed?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja