LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w98 3/1 p. 32
  • Konvenzjoni “Straordinarja” Mfaħħra

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Konvenzjoni “Straordinarja” Mfaħħra
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
w98 3/1 p. 32

Konvenzjoni “Straordinarja” Mfaħħra

ANNUNZJATUR tar-​radju f’Lima, il-​Perù, kellu dubji serji dwar ix-​Xhieda taʼ Jehovah. Wara li attenda waħda mill-​konvenzjonijiet distrettwali tagħhom, madankollu, l-​attitudni tiegħu nbidlet mil-​lejl għan-​nhar. Fil-​fatt, kien tant impressjonat li għamel xi kummenti favorevoli lill-​udjenza tiegħu fuq ir-​radju. Dawn li ġejjin huma xi siltiet minn dak li qal:

“Il-​konvenzjoni kienet sempliċement straordinarja. Ma kienx hemm biċċa karta fl-​art, lanqas xi bejjiegħ idur. Ma kienx hemm traffiku ġġammjat. Ħamest elef u mitejn ruħ marru l-​istejdjum bi spejjeż tagħhom, kull wieħed armat b’barmil, biċċa, daster, pala, xkupa, broxk, ingwanti, u deterġent biex jaħsel u jogħrok dak il-​post. Fejn kien hemm bżonn taʼ żebgħa huma qabdu u żebgħu. U l-​flus minn fejn ġew? Minn għandhom stess! Meta jiġu informati dwar xi ħaġa li għandha ssir, kull wieħed minnhom immedjatament idaħħal idu fil-​but biex jagħti. Taf x’naf, il-​Knisja Kattolika rieqda raqda sew meta niġu għal affarijiet bħal dawn. Nixtieq nifirħilhom lix-​Xhieda taʼ Jehovah u lill-​koordinaturi taʼ din il-​ġrajja. U minn qiegħ qalbi nixtieq ngħidilhom, Jalla Alla jgħinkom u jberikkom.”

Fi bliet madwar id-​dinja dis-sena, ix-​Xhieda taʼ Jehovah se jgawdu l-​konvenzjoni distrettwali “Il-​Mod taʼ Ħajja t’Alla.” Se tkun preżenti int?

[Kumment f’paġna 32]

“Ma kienx hemm biċċa karta fl-​art”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja