LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w99 2/1 p. 32
  • “Ħarreġ Tifel”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Ħarreġ Tifel”
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
w99 2/1 p. 32

“Ħarreġ Tifel”

IS-​SUĊĊESS fil-​ġardinaġġ ma jiġix kif ġieb u laħaq billi xxerred ftit żerriegħa fuq il-​ħamrija u mbagħad tmur lura xi xhur wara għall-​ħsad. Trid ħafna xogħol taʼ tbatija biex tħejji l-​ħamrija, tiżraʼ ż-​żerriegħa, u ssaqqi u tieħu ħsieb ix-​xtieli sabiex dawn ikunu jistgħu jilħqu sew.

Dan il-​proċess juri tassew kemm huwa minnu l-​kliem taʼ Proverbji 22:6, li jgħid: “Ħarreġ tifel jimxi fit-​triq it-​tajba; ma joħroġx minnha lanqas meta jixjieħ.” Tabilħaqq, it-​taħriġ li jipprovdu l-​ġenituri huwa fattur ewlieni biex it-​trobbija tat-​tfal tirnexxi.

Madankollu, fid-​dinja permissiva tal-​lum, ħafna ġenituri jonqsu li jagħtu widen għal dan il-​parir. Meta dawn jimxu fuq dak li jgħidu ħafna nies illum, jiġifieri li t-​tfal għandhom jitgħallmu jsolvu l-​problemi waħedhom, taʼ spiss uliedhom jitħallew ifendu għal rashom. B’korsa bħal din, dawn it-​tfal jistgħu jiġu effettwati mill-​influwenza ħażina taʼ nies bla prinċipju u bla skruplu.—Proverbji 13:20.

Kemm ikun aħjar li kieku l-​ġenituri jrawmu f’uliedhom prinċipji Kristjani permezz taʼ taħriġ divin minn età bikrija! Kemm bikrija? ‘Miż-​żgħorija,’ jgħid l-​appostlu Pawlu. Hekk ġara fil-​każ taż-​żagħżugħ Timotju. Ommu, Ewniki, u nanntu Lojd daħħlu l-​“Kotba Mqaddsa” f’qalb Timotju sabiex dan ‘tgħallem’ u ‘emmen bis-​sħiħ.’ Ir-​riżultat? Taħriġ bħal dan kellu rwol vitali f’li jagħtih “l-​għerf li jwassal għas-​salvazzjoni.”—2 Timotju 1:5; 3:14, 15.

Bl-istess mod illum, il-​ġenituri li ‘ma jgħejjew qatt jagħmlu l-​ġid’ se jaħsdu barkiet sbieħ jekk ‘ma jaqtgħux qalbhom.’ (Galatin 6:9) Jgħid l-​għaref Sultan Salamun: “Missier il-​ġust għandu ħafna biex jifraħ.”—Proverbji 23:24.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja