LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w00 7/15 p. 32
  • L-Għemejjel mill-Aħjar Iġibu Glorja lil Alla

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • L-Għemejjel mill-Aħjar Iġibu Glorja lil Alla
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
w00 7/15 p. 32

L-​Għemejjel mill-​Aħjar Iġibu Glorja lil Alla

DAWK li jħobbu lil Alla jistinkaw biex jirriflettu d-​dawl spiritwali tal-​Kelma tiegħu, il-​Bibbja. B’dan il-​mod, huma jsegwu l-​kmand taʼ Ġesù: “Hekk għandu jiddi d-​dawl tagħkom quddiem il-​bnedmin, biex jaraw l-​għemejjel tajba tagħkom u jagħtu glorja lil Missierkom li hu fis-​smewwiet.” (Mattew 5:16) Kemm il-​kliem kif ukoll il-​kondotta retta jistgħu jġibu glorja lil Alla.

Ix-Xhieda taʼ Jehovah jfittxu li jogħġbu lil Alla billi jaġixxu fi qbil mal-​Bibbja u jistinkaw biex jgħinu lil oħrajn spiritwalment. Huma jagħmlu dan saħansitra f’artijiet fejn il-​ministeru pubbliku tagħhom għadu m’huwiex reġistrat legalment. Fil-​belt kapitali taʼ wieħed minn dawn il-​pajjiżi, ix-​Xhieda jagħmlu konvenzjonijiet annwali li għalihom jattendu bejn 6,000 u 9,000 ruħ minn kullimkien. Għal laqgħat bħal dawn, huma jikru s-​swali f’kumpless fejn isiru l-​wirjiet. L-​istess bħalma għamlu fis-​snin preċedenti, qabel il-​konvenzjoni tagħhom fl-​1999, mijiet taʼ Xhieda ħadmu iebes biex inaddfu l-​faċilitajiet, iħejju s-​sistema tas-​sawnd u jirranġaw eluf taʼ siġġijiet.

Dawn it-​tħejjijiet kollha ma ġewx injorati. Il-​maniġment tal-​kumpless osserva dawn l-​attivitajiet. Hu ra wkoll li għalkemm il-​quċċata taʼ l-​attendenza kienet taʼ 15,666, kollox mar sew u x-​Xhieda mxew tassew b’ordni. Baqaʼ impressjonat ukoll bit-​tindifa bir-​reqqa li ngħatat wara.

Il-maniġment wera l-​apprezzament tiegħu għal dan kollu billi niżżel lix-​Xhieda fuq il-​lista tiegħu, sabiex tingħatalhom l-​ewwel opportunità għall-​kiri tal-​bini għas-​sena taʼ wara. Imma l-​maniġment għamel saħansitra iktar minn hekk. Fil-​15 taʼ Lulju, 1999, ippreżenta premju t’apprezzament lill-​kumitat tal-​konvenzjoni. Minqux fuq il-​plakka kien hemm il-​kliem “il-​kongregazzjoni tax-​Xhieda taʼ Jehovah”—xi ħaġa li ma tistennihiex f’pajjiż fejn ix-​xogħol edukattiv tagħhom tal-​Bibbja huwa projbit.

Huwa mistenni li matul l-​2000/2001, miljuni taʼ nies mad-​dinja kollha jattendu għall-​mijiet taʼ Konvenzjonijiet Distrettwali tax-​Xhieda taʼ Jehovah “Nagħmlu Dak li Tgħid il-​Kelma t’Alla.” Billi tkun preżenti, int tistaʼ tara għalik innifsek kif dawk li bil-​ħeġġa kollha jagħmlu dak li tgħid il-​Bibbja qed jieħdu sehem fl-​għemejjel mill-​aħjar li jġibu glorja lil Alla.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja