LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w01 11/15 pp. 2-4
  • Hemm xi Tama taʼ Salvazzjoni?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Hemm xi Tama taʼ Salvazzjoni?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Materjal Simili
  • Żomm it-“Tama tas-Salvazzjoni” Tiegħek Ċara f’Moħħok!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • X’inhi s-salvazzjoni?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Jemmnu x-Xhieda taʼ Ġeħova li Huma l-Uniċi Wħud li Se Jsalvaw?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
  • Tgħallem il-Bibbja li ‘jekk tkun salvat darba, tkun salvat dejjem’?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
w01 11/15 pp. 2-4

Hemm xi Tama taʼ Salvazzjoni?

Is-​seklu 20 ġie msejjaħ wieħed mill-​iktar sekli mdemmijin fl-​istorja tal-​bniedem. Dawn l-​aħħar għaxriet taʼ snin kienu mimlijin b’mod speċjali bi kriminalità, gwerer, ġlied etniku, abbuż taʼ drogi, diżonestà, u vjolenza. Żid maʼ dan l-​uġigħ u t-​tbatija li rriżultaw mill-​mard, mix-​xjuħija, u mill-​mewt. Min ma jixxennaqx biex jeħles mill-​problemi enormi li jeżistu fid-​dinja llum? Hekk kif inħarsu lejn il-​futur, hemm xi tama taʼ salvazzjoni?

IKKUNSIDRA l-​viżjoni li ra l-​appostlu Ġwanni xi 2,000 sena ilu. Hu kiteb: “Din hi l-​għamara taʼ Alla mal-​bnedmin; u hu jgħammar magħhom, u huma jkunu l-​poplu tiegħu, u Alla nnifsu jkun magħhom, Alla tagħhom. Hu jixxuttalhom kull demgħa minn għajnejhom: ma jkunx hemm iżjed mewt, anqas biki jew għajat jew tbatija ma jkun hemm iżjed, għax għabu l-​ħwejjeġ taʼ qabel.” (Apokalissi 21:​3, 4) Il-​profeta Isaija bassar bl-​istess mod: “Jeqred il-​mewt għal dejjem, jixxotta Sidi l-​Mulej id-​dmugħ minn fuq kull wiċċ, u jħassar l-​għajb tal-​poplu tiegħu minn wiċċ l-​art kollha: għax il-​Mulej tkellem.”—Isaija 25:8.

Immaġina biss x’se jkun ifisser it-​twettiq tal-​wegħdi t’Alla! Il-​bnedmin se jiġu salvati, jew meħlusin, mill-​oppressjoni u mill-​vjolenza, minn dak kollu li jikkaġuna t-​tbatija u n-​niket. Iva, saħansitra l-​mard, ix-​xjuħija, u l-​mewt mhux se jifnuna iktar! Il-​Kelma t’Alla, il-​Bibbja, twiegħed ħajja taʼ dejjem b’kundizzjonijiet perfetti fuq l-​art. (Luqa 23:43; Ġwann 17:3) U hija disponibbli għal kulmin jixtieqha. “[Alla] jrid li l-​bnedmin kollha jsalvaw u jaslu biex jagħrfu l-​verità.”—1 Timotju 2:​3, 4.

Iżda, biex nibbenefikaw mill-​wegħdi t’Alla rridu nifhmu l-​irwol li għandu Ġesù Kristu fis-​salvazzjoni tagħna u neżerċitaw fidi fih. Ġesù nnifsu qal: “Alla hekk ħabb lid-​dinja li ta lil Ibnu l-​waħdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l-​ħajja taʼ dejjem.” (Ġwann 3:16) Meta kien qed jiġbed l-​attenzjoni lejn l-​irwol vitali taʼ Ġesù Kristu f’din il-​kwistjoni, l-​appostlu Pietru qal: “F’ħadd ħliefu ma hemm salvazzjoni, għax imkien taħt is-​sema ma hemm isem ieħor mogħti lill-​bnedmin li bih aħna għandna nkunu salvi.” (Atti 4:12) L-​appostlu Pawlu u sieħbu Sila ħeġġew lil wieħed raġel sinċier li xtaq ikun jaf billi qalulu: “Emmen fil-​Mulej Ġesù, u ssalva int u l-​familja tiegħek.”—Atti 16:​30, 31.

Iva, Ġesù Kristu hu “l-​Awtur tal-​ħajja,” u s-​salvazzjoni tistaʼ tinkiseb biss permezz tiegħu. (Atti 3:15) Imma kif jistaʼ bniedem wieħed ikun figura prinċipali bħal din fis-​salvazzjoni tagħna? Il-​fatt li jkollna fehma ċara dwar l-​irwol tiegħu f’dan ir-​rigward għandu jsaħħilna t-​tama taʼ salvazzjoni.

[Sors tal-​Istampa f’paġna 2]

Paġna 3: Bombers: ritratt tal-​USAF; tfal imutu bil-​ġuħ: UNITED NATIONS/J. FRAND; vapur tal-​gwerra jaqbad: ritratt tan-​Navy Amerikana ▸

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja