LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w03 1/1 p. 31
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Materjal Simili
  • Ġeħova Jbierek l-Isforzi Biex Nattendu t-Tifkira
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2023
  • Għala Nosservaw l-Ikla tal-Mulej?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • L-Ikla taʼ fil-Għaxija tal-Mulej Għandha Tifsir Kbir Għalik
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Għala l-Ikla taʼ fil-Għaxija tal-Mulej Għandha Tifsira Għalik
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
w03 1/1 p. 31

Mistoqsijiet mill-​Qarrejja

Pawlu x’ried ifisser meta qal: “Kull meta [“kull darba li,” NW] tieklu dan il-​ħobż u tixorbu dan il-​kalċi”?

Meta rrefera għat-​twaqqif tal-​Mafkar tal-​mewt taʼ Ġesù, Pawlu kiteb: “Kull meta [“kull darba li,” NW] tieklu dan il-​ħobż u tixorbu dan il-​kalċi, intom ixxandru l-​mewt tal-​Mulej sa ma jiġi.” (1 Korintin 11:​25, 26) Xi wħud iħossu li l-​frażi “kull meta” użata hawnhekk tindika li l-​mewt taʼ Kristu għandha tiġi kommemorata spiss, jiġifieri ħafna drabi. Għalhekk, huma jikkommemorawha iktar spiss minn darba fis-​sena. Hekk ried ifisser Pawlu?

Issa għaddew kważi 2,000 sena minn mindu Ġesù inawgura l-​Mafkar tal-​mewt tiegħu. Għalhekk, iċ-​ċelebrazzjoni tal-​Mafkar darba fis-​sena biss ifisser li dan ġie ċelebrat kemm-il darba mis-​sena 33 E.K. ’l hawn. Madankollu, fil-​kuntest taʼ l-​1 Korintin 11:​25, 26, Pawlu kien qed jiddiskuti, mhux kemm-il darba, imma kif il-​Mafkar għandu jiġi ċelebrat. Bil-​Grieg oriġinali, hu ma użax il-​kelma pol·laʹkis, li tfisser “kemm-il darba” jew “spiss.” Minflok, hu uża l-​kelma ho·saʹkis, li tfisser “kull meta,” espressjoni li tfisser “kull darba li.” Pawlu kien qed jgħid: ‘Kull darba li tagħmlu dan, intom tibqgħu xxandru l-​mewt tal-​Mulej.’a

Mela, kull meta għandu jiġi kommemorat il-​Mafkar tal-​mewt taʼ Ġesù? Huwa xieraq li jiġi ċelebrat darba fis-​sena biss. Dan huwa verament mafkar, u ġeneralment kwalunkwe mafkar jiġi ċelebrat darba fis-​sena. Barra minn hekk, Ġesù miet fil-​ġurnata tal-​Qbiż Lhudi, li kien jinżamm darba fis-​sena. B’mod xieraq, Pawlu rrefera għal Ġesù bħala “l-​Ħaruf taʼ l-​Għid tagħna,” ladarba l-​mewt taʼ Ġesù bħala sagrifiċċju fetħet it-​triq għall-​ħajja għal Iżrael spiritwali, sewwa sew bħalma s-​sagrifiċċju taʼ l-​ewwel Qbiż żamm ħaj lill-​ewwel imwieled taʼ l-​Iżraelin naturali ġewwa l-​Eġittu u fetħilhom it-​triq għall-​ħelsien mill-​jasar. (1 Korintin 5:7; Galatin 6:16) Din il-​konnessjoni mal-​Qbiż Lhudi li kien isir kull sena tagħti iktar prova li l-​Mafkar tal-​mewt taʼ Ġesù għandu jiġi ċelebrat darba fis-​sena biss.

Iktar minn hekk, Pawlu assoċja l-​mewt taʼ Ġesù maʼ festa Lhudija annwali oħra, Jum l-​Espjazzjoni. F’Lhud 9:​25, 26 (Saydon) naqraw: “Mhux biex [Ġesù] joffri lilu nnifsu bosta drabi [“spiss,” NW], bħalma jidħol il-​qassis il-​kbir darba fis-​sena [f’Jum l-​Espjazzjoni] fis-​santwarju b’demm barrani . . . Imma issa deher darba għal dejjem, fl-​aħħar taż-​żmenijiet, biex iħassar id-​dnub bis-​sagrifiċċju tiegħu nnifsu.” Ladarba s-​sagrifiċċju taʼ Ġesù ħa post is-​sagrifiċċju annwali taʼ Jum l-​Espjazzjoni, b’mod xieraq il-​Mafkar tal-​mewt tiegħu huwa ċelebrat kull sena. M’hemm l-​ebda raġuni Skritturali biex niċċelebraw il-​Mafkar iktar spiss minn hekk.

Fi qbil maʼ dan, l-​istorjografu John Laurence von Mosheim jirrapporta li l-​Kristjani tat-​tieni seklu fl-​Asja Minuri kellhom id-​drawwa li jiċċelebraw il-​Mafkar tal-​mewt taʼ Ġesù “fl-​erbatax-il ġurnata taʼ l-​ewwel xahar Lhudi [Nisan].” Kien biss iktar tard li daħlet id-​drawwa fil-​Kristjaneżmu li jiċċelebrawh iżjed minn darba fis-​sena.

[Nota taʼ taħt]

a Qabbel ir-​rakkont taʼ l-​1 Samwel 1:​3, 7. Hemm, il-​frażi “kull meta” (fit-traduzzjoni moderna taʼ l-​Ebrajk) tirreferi għall-​ġrajjiet li kienu jsiru “kull sena,” jew darba fis-​sena, meta Elkana u ż-​żewġ nisa tiegħu kienu jmorru fit-​tabernaklu f’Silo.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja