LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w03 3/1 p. 32
  • “Sibt Dak Kollu li Kelli Bżonn”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Sibt Dak Kollu li Kelli Bżonn”
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
w03 3/1 p. 32

“Sibt Dak Kollu li Kelli Bżonn”

SKOND rapport maħruġ mill-​Organizzazzjoni Dinjija tas-​Saħħa (WHO), huwa stmat li dan l-​aħħar id-​dipressjoni qed teffettwa lil iktar minn 120 miljun persuna madwar id-​dinja kollha. Kull sena, miljun persuna tikkommetti suwiċidju u bejn 10 u 20 miljun oħra jagħmlu attentati biex itemmu ħajjithom. X’għajnuna hemm għal dawk li jbatu bid-​dipressjoni? Il-​kura medika għandha mnejn ittaffi t-​tbatija, u l-​appoġġ emozzjonali huwa vitali. Iktar minn hekk, xi wħud li qed jesperjenzaw dan sabu iktar għajnuna fil-​pubblikazzjonijiet prattiċi tax-​Xhieda taʼ Jehovah li huma bbażati fuq il-​Bibbja, bħalma turi din l-​ittra li ġejja minn Franza.

“Ftit taż-​żmien ilu ma stajt nara l-​ebda raġuni għala kelli nibqaʼ ngħix. Tlabt lil Alla biex iħallini mmut. Ħassejtni daqslikieku kont mejta minn ġewwa. Tlabt ħafna lil Jehovah għad-​direzzjoni. Ukoll, iddeċidejt li naqra t-​2002 Yearbook of Jehovah’s Witnesses u fi tlett ijiem spiċċajtu. Ma nistax ma ngħidx kemm inkuraġġieni u kemm saħħaħli l-​fidi tiegħi.

“Għamilt xi ftit tar-​riċerka fir-​rivisti It-​Torri taʼ l-​Għassa u Stenbaħ!, u veru bqajt skantata! Kont ilni naqra dawn ir-​rivisti b’mod regulari għal iktar minn 15-il sena, imma qatt ma rrealizzajt kemm dawn l-​artikli huma verament inkuraġġanti u interessanti. Huma mimlijin imħabba​—kwalità li tant hi rari llum il-​ġurnata. Sibt dak kollu li kelli bżonn.”

Il-Bibbja tgħid: “Qrib il-​Mulej lejn dawk b’qalbhom maqsuma, jgħin lil dawk b’ruħhom mifnija.” (Salm 34:​19, [34:​18, NW]) Bla ebda dubju, dawk kollha li huma “qalbhom maqsuma” jew “b’ruħhom mifnija” jistgħu jsibu inkuraġġiment u tama għall-​futur fil-​Bibbja. Ix-​Xhieda taʼ Jehovah iqassmu letteratura bbażata fuq il-​Bibbja sabiex jgħinu lil dawk fil-​bżonn jibbenefikaw minn dan is-​sors taʼ faraġ li ġie ispirat b’mod divin.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja