LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w03 12/1 p. 32
  • Bjar li Ma Jżommux Ilma

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Bjar li Ma Jżommux Ilma
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
w03 12/1 p. 32

Bjar li Ma Jżommux Ilma

FI ŻMINIJIET Bibliċi, il-​bjar kienu jiġu mħaffrin taħt l-​art min-​nies u jintużaw l-​iktar biex jinħażen l-​ilma. Kien hemm żmien, fl-​Art Imwiegħda, meta dawn kienu l-​uniku mezz biex tinżamm il-​provvista taʼ l-​ilma li hija tant vitali.

Hu u jikteb dikjarazzjoni minn Alla, il-​profeta Ġeremija rrefera għall-​bjar f’sens figurattiv, u qal: “Tnejn huma d-​dnubiet tal-​poplu tiegħi: telqu lili, l-​għajn taʼ l-​ilma ġieri, biex ħaffru bjar għalihom, bjar miksura li ma jżommux ilma.”—Ġeremija 2:13.

Peress li telqu lill-​Alla tagħhom, Jehovah—“l-​għajn taʼ l-​ilma ġieri”—l-​Iżraelin fittxew li jagħmlu alleanzi militari dgħajfin maʼ ġnus pagani u bdew iqimu allat foloz bla saħħa. Biex nużaw it-​tixbiha taʼ Ġeremija, dawn l-​alleanzi li huma ttamaw li kienu se jagħtuhom il-​kenn ma kinux ħlief bjar imxaqqin li ma setgħux jipproteġuhom jew isalvawhom.—Dewteronomju 28:20.

Hemm xi tagħlima li nistgħu nieħdu aħna llum minn dan l-​eżempju storiku? Bħal fi żmien Ġeremija, l-​Alla etern, Jehovah, għadu l-​uniku Għajn taʼ l-​ilma li jagħti l-​ħajja. (Salm 36:10 [36:​9, NW]; Apokalissi 4:11) Minnu biss, permezz taʼ Ibnu, Ġesù Kristu, il-​bnedmin jistgħu jieħdu l-​ħajja taʼ dejjem. (Ġwanni 4:14; 17:3) Madankollu, bħal dawk li kienu jgħixu fi żmien Ġeremija, mases kbar taʼ nies illum jagħżlu li jirrifjutaw u saħansitra jċekknu l-​kelma t’Alla kif inhi mitkellma fil-​Bibbja. Minflok, huma jafdaw f’soluzzjonijiet politiċi kif ikun jaqblilhom, f’raġunar uman fieragħ, u f’ideoloġiji u filosofiji bla siwi li jiddiżonoraw lil Alla. (1 Korintin 3:​18-​20; Kolossin 2:8) L-​għażla hija ċara. Lil min se tafda? Lill-​“għajn taʼ l-​ilma ġieri,” Jehovah, jew lil “bjar miksura li ma jżommux ilma”?

[Stampa f’paġna 32]

Statwetta tat-​terrakotta t’alla omm li nstabet f’qabar Iżraeli

[Sors]

Ritratt meħud bil-​korteżija tal-​British Museum

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja