LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w05 3/15 p. 29
  • Kejl Jixhed li l-Bibbja Taqbel mal-Fatti Storiċi

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kejl Jixhed li l-Bibbja Taqbel mal-Fatti Storiċi
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Materjal Simili
  • B14-B Flus u kemm kienu jiżnu
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
  • Hu Ssaporta Minkejja d-Diżappunti
    Imita l-Fidi Tagħhom
  • Samwel Jippromwovi l-Qima Vera
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
w05 3/15 p. 29

Kejl Jixhed li l-​Bibbja Taqbel mal-​Fatti Storiċi

FI ŻMIEN is-​Sultan Sawl, l-​Iżraelin kellhom isinnu l-​għodda tagħhom tal-​metall għand il-​ħaddieda Filistin. Il-​Bibbja tgħid: “It-​tisnin tax-​xifer tas-​sikka u taʼ l-​għatla kien jitħallas [“b’żewġ tletiet,” Saydon] taʼ xekel, u hekk ukoll il-​fies u t-​traqqiq taʼ niggieża.”—1 Samwel 13:21.

Il-kelma oriġinali bl-​Ebrajk għal “żewġ tletiet taʼ xekel” f’dan il-​vers hija pîm u tidher darba biss fil-​Bibbja. X’kien il-​pîm? It-​tweġiba għal din il-​mistoqsija baqgħet misteru sa l-​1907 E.K. meta nstab l-​ewwel pîm, ġebla taʼ l-​użin, fil-​belt antika taʼ Geżer. Qabel dan iż-​żmien, it-​tradutturi tal-​Bibbja kienu jsibuha diffiċli biex jittraduċu l-​kelma pîm. Per eżempju, il-​King James Version ittraduċietu hekk l-​1 Samwel 13:21: “Iżda kellhom lima għall-​fisien, u għas-​sikek, u għall-​imdieri, u għall-​imnanar, u biex iraqqu l-​ponta tan-​niggieża.”

L-istudjużi llum jafu li pîm kien kejl taʼ l-​użin tqil madwar 7.82 grammi, jew bejn wieħed u ieħor żewġ terzi taʼ xekel, li kien l-​użin bażiku għall-​Ebrej. L-​Iżraelin kienu jħallsu lill-​Filistin pîm taʼ biċċiet tal-​fidda biex isinnulhom l-​għodda. Malli waqgħet is-​saltna taʼ Ġuda u l-​belt kapitali tagħha, Ġerusalemm, fis-​sena 607 Q.E.K. s-​sistema taʼ l-​użin bix-​xekel ma baqgħetx tintuża. Allura l-​kejl tal-​pîm kif juri li t-​test Ebrajk jaqbel mal-​fatti storiċi?

Xi studjużi jsostnu li l-​kitba taʼ l-​Iskrittura Ebrajka, inkluż il-​ktieb taʼ l-​Ewwel Samwel, saret fl-​era Ellenistika-Rumana, saħansitra lura mit-​tieni sa l-​ewwel seklu Q.E.K. Għalhekk, jingħad li din ‘“m’hijiex storika” u ma tantx hi taʼ min joqgħod fuqha għall-​informazzjoni dwar “Iżrael skond il-​Bibbja” jew “Iżrael tal-​qedem”​—it-​tnejn li huma sempliċement invenzjonijiet letterarji moderni tal-​Lhud u l-​Kristjani.’

Madankollu, meta jirreferi għall-​pîm li jissemma fl-​1 Samwel 13:​21, William G. Dever, professur taʼ l-​arkeoloġija u l-​antropoloġija tal-​Lvant Nofsani, jgħid: “Ma jistax ikun li dan l-​użin ‘ġie vvintat’ minn kittieba tal-​perijodu Ellenistiku-Ruman ħafna sekli wara li kien sparixxa u ntesa. Fil-​fatt, din is-​silta biblika . . . baqgħet ma nftehmitx sal-​bidu tas-​seklu 20 A.D., meta nstabu l-​ewwel eżempji arkeoloġiċi u fuqhom kien hemm miktub pîm bl-​Ebrajk.” Il-​professur ikompli jgħid: “Kieku l-​istejjer bibliċi huma kollha ‘invenzjonijiet letterarji’ taʼ l-​era Ellenistika-Rumana, din l-​istorja partikulari kif sabet ruħha fil-​Bibbja Ebrajka? M’għandniex xi ngħidu, wieħed jistaʼ jgħid li s-​silta dwar il-​pîm hija ‘biss dettall.’ Dan huwa minnu; imma kif jaf kulħadd ‘l-​istorja hija magħmula minn dettalji.’”

[Stampa f’paġna 29]

Il-​kejl tal-​“pîm” kien jammonta għal madwar żewġ terzi taʼ xekel

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja