LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w05 8/15 p. 32
  • L-Interess fil-Bibbja Ġie Apprezzat

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • L-Interess fil-Bibbja Ġie Apprezzat
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
w05 8/15 p. 32

L-​Interess fil-​Bibbja Ġie Apprezzat

MARIANNA, waħda mix-​Xhieda taʼ Ġeħova li toqgħod fin-​nofsinhar taʼ l-​Italja, għandha 18-il sena u qiegħda fl-​aħħar sena skolastika tagħha. Hi tattendi l-​iskola maʼ xi żgħażagħ Xhieda oħra.

“Għal xi snin issa,” tikteb Marianna, “xi wħud minna naqraw it-​test tal-​Bibbja mill-​ktejjeb Neżaminaw l-​Iskrittura Kuljum waqt il-​brejk. L-​uniku post fejn stajna nagħmlu dan kien fil-​kurituri ħdejn il-​kmamar taʼ l-​għalliema. Ma tantx kien ikun hemm kwiet. Ħafna mill-​għalliema kienu jarawna hekk kif kienu jkunu għaddejjin, u xi wħud minnhom kienu jieqfu jaraw x’konna qegħdin nagħmlu. Ħafna drabi dan tana l-​opportunità nwieġbu l-​mistoqsijiet tagħhom. Kważi kuljum kien jieqaf xi għalliem jew għalliema. Diversi wħud waqfu jisimgħu d-​diskussjonijiet tagħna tat-​test mill-​Bibbja u wrew apprezzament għall-​interess li aħna x-​Xhieda għandna fl-​affarijiet spiritwali. Darba, l-​assistent tas-​surmast stidinna nagħmlu d-​diskussjoni tagħna fil-​kamra fejn ikun hemm l-​għalliema.

“Wara li ra fejn konna qed naqraw it-​test tal-​ġurnata, l-​għalliem tiegħi staqsa lis-​surmast jekk stajniex noqogħdu f’xi waħda mill-​klassijiet għall-​kwiet. Is-​surmast tana l-​permess, u lgħalliem faħħarna quddiem il-​klassi kollha minħabba l-​eżempju tajjeb li nagħtu. Ilkoll kemm aħna ninsabu ferħanin minħabba l-​privileġġ kbir li Ġeħova tana.”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja