LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w06 8/15 pp. 2-3
  • Il-Ġwejdin Għad Jirtu l-Art

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Ġwejdin Għad Jirtu l-Art
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • Materjal Simili
  • “Narawkom fil-Ġenna tal-art!”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2018
  • “Kif fis-Sema, Ukoll fuq l-Art”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • Ġenna fuq l-art—Ħolma jew realtà?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2017
  • Għandek Għalxiex Tittama f’Ġenna?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
w06 8/15 pp. 2-3

Il-​Ġwejdin Għad Jirtu l-​Art

‘Jien nimmaġina li n-​natura se tiġi mibdula u restawrata. . . . Mhux issa, imma fil-​futur imbiegħed, meta jkun hemm sema ġdid u art ġdida.’ ​—Jean-Marie Pelt, speċjalista Franċiż taʼ l-​ambjent.

IMNIKKTIN minħabba l-​kundizzjonijiet ambjentali u soċjali fuq l-​art, ħafna nies jixtiequ jaraw il-​pjaneta tagħna mibdula f’ġenna. Madankollu, din ix-​xewqa m’hijiex biss ħolma tas-​seklu 21. Ħafna żmien ilu, il-​Bibbja wiegħdet ir-​restawrazzjoni tal-​Ġenna fuq l-​art. Id-​dikjarazzjonijiet taʼ Ġesù, “il-​ġwejdin . . . għad jirtu l-​art” u “ħa jkun li trid int, kif fis-​sema, ukoll fuq l-​art,” huma fost l-​iktar siltiet magħrufin fl-​Iskrittura. (Mattew 5:5; 6:​10) Iżda llum, ftit huma dawk li jemmnu f’ġenna taʼ l-​art abitata minn uħud ġwejdin. Għal ħafna li jistqarru li huma Kristjani, il-​prospett taʼ Ġenna taʼ l-​art intilef.

Ir-rivista Franċiża La Vie li toħroġ kull ġimgħa tispjega għala t-​twemmin dwar ġenna​—sew fuq l-​art u sew fis-​sema​—ġie abbandunat, għallinqas fil-​Knisja Kattolika: “Wara li kienet parti dominanti mit-​tagħlim pastorali Kattoliku għal minn taʼ l-​inqas 1900 sena, [l-idea taʼ] ġenna għabet mill-​irtir spiritwali, mill-​quddies taʼ nhar taʼ Ħadd, mill-​korsijiet tat-​teoloġija, u mill-​klassijiet tal-​katekiżmu.” Jingħad li l-​kelma ‘ġenna’ hi moħbija fi “ċpar oħxon” taʼ “misteru u konfużjoni.” Minn jeddhom, xi predikaturi jevitawha għax din “tagħti wisq ideat taʼ hena fuq l-​art.”

Għal Frédéric Lenoir, soċjologu li jispeċjalizza fir-​reliġjon, l-​ideat taʼ ġenna saru stampi ideali fil-​moħħ. Bl-​istess mod, Jean Delumeau, kittieb taʼ l-​istorja u awtur taʼ diversi kotba fuq dan is-​suġġett, jaħseb li l-​wegħdi tal-​Bibbja mhux se jitwettqu b’mod letterali. Hu jikteb: “Għall-​mistoqsija, ‘X’sar minnha l-​Ġenna taʼ l-​art?’ il-​fidi Kristjana tipprovdi din it-​tweġiba: Grazzi għall-​irxoxt tas-​Salvatur, xi darba aħna lkoll se naqbdu idejn xulxin u għajnejna se jaraw l-​hena.”

Għadu jgħodd il-​messaġġ taʼ ġenna taʼ l-​art? X’futur għandha l-​pjaneta tagħna? Hija l-​viżjoni tal-​futur waħda mċajpra, jew tistaʼ din tintgħamel tidher ċara? L-​artiklu li jmiss se jwieġeb dawn il-​mistoqsijiet.

[Sors tal-​Istampa f’paġna 2]

QOXRA: Emma Lee/​Life File/​Getty Images

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja