LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w06 9/15 pp. 2-3
  • X’Inhuma “l-Aħħar Jiem”?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • X’Inhuma “l-Aħħar Jiem”?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • Materjal Simili
  • Qegħdin Aħna Ngħixu fl-​“Aħħar Jiem”?
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Kif Nafu li Aħna Qegħdin fl-​“Aħħar Jiem”
    Veru li Alla Jimpurtah Minna?
  • Id-dinja dalwaqt se tispiċċa?
    X’nistgħu nitgħallmu mill-Bibbja?
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
w06 9/15 pp. 2-3

X’Inhuma “l-​Aħħar Jiem”?

ĠIELI tieqaf taħseb dwar x’hemm lest għalik u għall-​għeżież tiegħek fil-​futur? Ħafna nies jagħtu attenzjoni kbira għall-​aħbarijiet fuq il-​mezzi tax-​xandir biex jaraw kif il-​ġrajjiet dinjin jistgħu jeffettwawlhom ħajjithom. Madankollu, jekk noqogħdu attenti għall-​Kelma ispirata t’Alla niksbu dehen veru. Dan hu għaliex ħafna żmien ilu l-​Bibbja bassret mhux biss l-​istat preżenti taʼ l-​affarijiet, iżda anki dak li għad irid jiġi.

Per eżempju, meta Ġesù Kristu kien fuq l-​art, hu tkellem ħafna dwar is-​Saltna t’Alla. (Luqa 4:​43) M’għandniex xi ngħidu, in-​nies li semgħuh riedu jkunu jafu meta kellha tiġi dik is-​Saltna taʼ l-​għaġeb. Tabilħaqq, tlett ijiem qabel Ġesù ngħata l-​mewt b’mod inġust, id-​dixxipli tiegħu staqsewh: “X’se jkun is-​sinjal tal-​preżenza tiegħek [bħala ħakkiem tas-​Saltna] u taʼ tmiem is-​sistema?” (Mattew 24:3) Ġesù qalilhom li Alla Ġeħova biss kien jaf iż-​żmien preċiż meta s-​Saltna kellha tieħu l-​kontroll sħiħ fuq l-​art. (Mattew 24:36; Marku 13:32) Madankollu, Ġesù u oħrajn kienu fil-​fatt bassru ċerti żviluppi fuq l-​art li kellhom iservu bħala evidenza li Kristu kien qed imexxi bħala l-​ħakkiem tas-​Saltna.

Qabel ma neżaminaw l-​evidenza viżibbli li aħna qegħdin ngħixu “fl-​aħħar jiem” tas-​sistema dinjija preżenti, ejja nikkunsidraw fil-​qosor ġrajja importanti li seħħet fil-​qasam inviżibbli taʼ l-​ispirti. (2 Timotju 3:1) Ġesù Kristu sar Sultan fis-​sema fl-​1914.a (Danjel 7:​13, 14) Eżatt wara li ngħata l-​ħakma tas-​Saltna, Ġesù ħa azzjoni. Il-​Bibbja tgħidilna: “Faqqgħet gwerra fis-​sema: Mikiel u l-​anġli tiegħu tqabdu mad-​dragun, u d-​dragun u l-​anġli tiegħu tqabdu.” (Rivelazzjoni 12:7) “Mikiel l-​arkanġlu” huwa Ġesù Kristu fil-​pożizzjoni tiegħu tas-​sema.b (Ġuda 9; 1 Tessalonikin 4:​16) Id-​dragun huwa Satana x-​Xitan. X’kien ir-​riżultat għal Satana u għas-​segwaċi anġeliċi mill-​agħar tiegħu, li jissejħu demonji? Huma tilfu din il-​gwerra u “twaddbu għal isfel,” jew tkeċċew ’il barra mis-​sema, lejn il-​viċinanza taʼ l-​art. (Rivelazzjoni 12:9) F’dan ir-​rakkont ‘is-​smewwiet u [dawk] li jgħammru fihom,’ jiġifieri, l-​ulied leali t’Alla, ferħu. Madankollu, il-​bnedmin m’esperjenzawx ferħ bħal dan. Il-​Bibbja bassret: “Gwaj għall-​art u għall-​baħar, għax ix-​Xitan niżel għandkom u għandu rabja kbira, għax jaf li żmien qasir baqagħlu.”​—Rivelazzjoni 12:12.

Satana, fil-​qilla tiegħu, ġab gwaj​—it-​tbatija u n-​niket​—lil dawk li jgħixu fuq l-​art. Madankollu, dan il-​gwaj se jkun għal ftit, għal “żmien qasir.” Il-​Bibbja tirreferi għal dan iż-​żmien bħala “l-​aħħar jiem.” Aħna nistgħu nifirħu minħabba li dalwaqt l-​influwenza tax-​Xitan fuq l-​art se titneħħa għalkollox. Iżda xi prova hemm li aħna qegħdin ngħixu fl-​aħħar jiem?

[Noti taʼ taħt]

a Ara t-​Torri taʼ l-​Għassa tal-​15 taʼ Lulju, 2006, paġni 6-7.

b Għal iktar informazzjoni, ara Il-​Bibbja X’Tgħallem Verament? paġni 218-​19, pubblikat mix-​Xhieda taʼ Ġeħova.

[Sorsi tal-​Istampa f’paġna 2]

QOXRA: Foreground: © Chris Stowers/​Panos Pictures; background: FAROOQ NAEEM/​AFP/​Getty Images

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja