LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w06 9/15 p. 30
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • Materjal Simili
  • L-Inċidenti tal-Karozzi—Ħieles Int mill-Periklu?
    Stenbaħ!—2002
  • X’Tiftakar?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • Bliet taʼ Refuġju—Il-Provvediment Mimli Ħniena t’Alla
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1995
  • Oqgħod fil-“Belt tar-Refuġju” u Għix!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1995
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
w06 9/15 p. 30

Mistoqsijiet mill-​Qarrejja

X’inhi r-​responsabbiltà tal-​kongregazzjoni jekk Kristjan li jkun qed isuq karozza jkollu aċċident li jirriżulta fil-​mewt taʼ xi ħadd?

Il-​possibbiltà taʼ ħtija tad-​demm jistħoqqilha tiġi kunsidrata għaliex il-​kongregazzjoni trid tevita li titqies responsabbli għal ħtija tad-​demm bħala komunità. (Dewteronomju 21:​1-9; 22:8) Sewwieq li hu responsabbli għal aċċident fatali jistaʼ jġib fuqu l-​ħtija tad-​demm jekk kien traskurat jew jekk minn jeddu kiser xi waħda mil-​liġijiet tat-​traffiku tal-​pajjiż. (Marku 12:14) Imma hemm fatturi oħrajn li jridu jiġu kunsidrati.

Qattiel li jkun ħarab lejn waħda mill-​bliet taʼ kenn taʼ Iżrael kien ikollu jgħaddi ġuri. Jekk kien jinstab li l-​qtil ma kienx intenzjonat, hu kien jitħalla jibqaʼ fil-​belt, protett mill-​wieħed li setaʼ jfittex vendetta għall-​ħtija tad-​demm. (Numri 35:​6-​25) Allura, jekk Kristjan hu responsabbli għall-​mewt taʼ xi ħadd f’aċċident, l-​anzjani għandhom jinvestigaw il-​kwistjoni biex jiddeterminaw jekk hemmx xi tip taʼ ħtija tad-​demm. Il-​ħarsa tal-​gvern jew id-​deċiżjoni tal-​qorti ma tiddeterminax għalkollox liema azzjoni se tieħu l-​kongregazzjoni.

Per eżempju, il-​qorti tistaʼ tiddikjara li l-​individwu hu ħati li b’xi mod tekniku kiser il-​liġi tat-​traffiku, imma l-​anzjani li jkunu qed jinvestigaw jistgħu jiddeterminaw li m’hemm ebda ħtija tad-​demm għaliex is-​sewwieq kellu ftit jew xejn kontroll fuq iċ-​ċirkustanzi li wasslu għad-​diżgrazzja. Però, anki jekk il-​qorti tiddeċiedi li ma teżaminax il-​każ, l-​anzjani jistgħu jikkonkludu li fil-​fatt hu ħati tad-​demm.

Id-deċiżjoni taʼ l-​anzjani li qed jinvestigaw il-​każ għandha tkun ibbażata fuq l-​Iskrittura u l-​fatti stabbiliti biċ-​ċar—is-​sewwieq li jkun ammetta l-​ħtija tad-​demm u/jew ix-​xiehda taʼ żewġ jew tliet individwi li huma taʼ min joqgħod fuqhom. (Dewteronomju 17:6; Mattew 18:​15, 16) Jekk jiġi stabbilit li hemm ħtija tad-​demm, għandu jiġi fformat kumitat ġudizzjarju. Jekk il-​kumitat jiddetermina li l-​individwu ħati tad-​demm hu niedem, hu jirċievi t-​twiddib xieraq mill-​Iskrittura u jsirulu restrizzjonijiet fejn jidħlu l-​privileġġi fil-​kongregazzjoni. Hu ma jibqax jaqdi bħala anzjan jew qaddej ministerjali. Isirulu wkoll restrizzjonijiet oħrajn. Hu jrid jagħti kont lil Alla għat-​traskuraġni, in-​nuqqas taʼ ħsieb, jew in-​nuqqas t’attenzjoni li rriżultaw fl-​aċċident u t-​traġedja.​—Galatin 6:​5, 7.

Biex nagħtu eżempju: Jekk il-​kundizzjonijiet tat-​temp kienu ħżiena fil-​ħin taʼ l-​aċċident, is-​sewwieq kellu joqgħod saħansitra iktar attent. Jekk kien għajjien, imissu waqaf jistrieħ sakemm ma jibqax iħossu bi ngħas, jew imissu qabbad lil ħaddieħor biex isuq.

Ejja ngħidu li s-​sewwieq qabeż il-​limitu tal-​veloċità fis-​sewqan. Jekk kwalunkwe Kristjan jaqbeż il-​limitu tal-​veloċità, hu jkun naqas milli jagħti “lil Ċesari dak li hu taʼ Ċesari.” Dan juri wkoll li hu ma jimpurtahx mill-​qdusija tal-​ħajja, għaliex hemm il-​possibbiltà taʼ konsegwenzi fatali. (Mattew 22:21) Dwar dan il-​fatt, ikkunsidra xi ħaġa oħra. Liema tip t’eżempju jkun qed jagħti anzjan lill-​merħla jekk jittraskura l-​liġijiet taʼ Ċesari dwar it-​traffiku u minn jeddu jonqos li jobdihom?​—1 Pietru 5:3.

Il-Kristjani m’għandhomx jistennew li oħrajn ikunu f’ċertu post u ħin partikulari meta dan ikun impossibbli li jagħmluh jekk ma jaqbżux il-​limitu tal-​veloċità fis-​sewqan. Però, ħafna drabi l-​kwistjoni tkun li individwu jkollu jibda l-​vjaġġ kmieni biżżejjed jew inkella jibdel l-​iskeda tiegħu sabiex iħalli biżżejjed ħin għas-​sewqan. Jekk Kristjan jagħmel dan, mhux se jkollu għalfejn isuq b’iktar veloċità milli suppost, imma hu se jkun jistaʼ jżomm mal-​liġijiet tat-​traffiku tal-​gvernijiet li huma “l-​awtoritajiet superjuri.” (Rumani 13:​1, 5) Dan se jgħin lis-​sewwieq biex joqgħod attent li ma jinvolvix ruħu f’aċċidenti fatali bil-​possibbiltà li jġib fuqu ħtija tad-​demm. Ukoll, se jkun jistaʼ jagħti eżempju xieraq u jżomm kuxjenza nadifa.​—1 Pietru 3:​16.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja