LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w06 10/15 p. 32
  • “Għalfejn Qegħdin Hawn?”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Għalfejn Qegħdin Hawn?”
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
w06 10/15 p. 32

“Għalfejn Qegħdin Hawn?”

ELIE WIESEL, rebbieħ tal-​Premju Nobel li kien ukoll wieħed li baqaʼ ħaj mill-​Olokawst tan-​Nazi, darba sejħilha “l-​iktar mistoqsija importanti li bniedem irid jiffaċċja.” X’inhi? Din hija l-​mistoqsija, “Għalfejn qegħdin hawn?”

Ġieli qgħadt taħseb dwar din il-​mistoqsija? Ħafna hekk għamlu, imma qatt ma rnexxielhom isibu t-​tweġiba. Hu u jipprova jsib it-​tifsir tal-​ħajja, l-​istorjografu Ingliż Arnold Toynbee kiteb: “L-​għan veru tal-​bniedem huwa li jigglorifika lil Alla u li jgawdih għal dejjem.”

Taʼ interess, iktar minn tliet millennji ilu, raġel ieħor li kien magħruf talli kien josserva bir-​reqqa l-​ħajja kien diġà identifika t-​tweġiba fundamentali. L-​għaref Sultan Salamun kiteb: “Hawn hu l-​qofol tad-​diskors wara li nstamaʼ kollox: ‘Ħobb lil Alla u ħares il-​kmandamenti tiegħu, għax f’dan jinġabar il-​bniedem kollu.’”—Koħèlet 12:13.

Dan il-​prinċipju bażiku kien appoġġat minn Ġesù Kristu, l-​Iben t’Alla. Meta kien fuq l-​art, Ġesù għamel kull sforz biex jigglorifika lil Missieru tas-​sema. Dak li ta sinifikat lill-​ħajja taʼ Ġesù kien li jaqdi lill-​Ħallieq tiegħu. Dan sostnieh, u b’hekk setaʼ jgħid: “L-​ikel tiegħi hu li nagħmel ir-​rieda taʼ dak li bagħatni.”—Ġwanni 4:34.

Mela aħna għalfejn qegħdin hawn? Bħal Ġesù, Salamun, u ħafna qaddejja oħrajn t’Alla, aħna nistgħu nsibu tifsir veru u ferħ dejjiemi fil-​ħajja billi nagħmlu r-​rieda t’Alla. Tixtieq tkun taf iktar dwar kif tqim lil Alla “bl-​ispirtu u l-​verità”? (Ġwanni 4:24) Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova fl-​inħawi tiegħek se jkunu ferħanin li jgħinuk twieġeb din il-​mistoqsija, “Għalfejn qegħdin hawn?”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja