LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w07 3/15 p. 32
  • “Ġagħlitna Noqogħdu Għandha”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Ġagħlitna Noqogħdu Għandha”
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
w07 3/15 p. 32

“Ġagħlitna Noqogħdu Għandha”

L-​OSPITALITÀ hija magħrufa sew f’pajjiżi tal-​Lvant. Per eżempju, fl-​Indja familja tistaʼ saħansitra toqgħod bil-​ġuħ sabiex titmaʼ mistieden li ma jkunx mistenni. Ġeneralment, l-​ommijiet fl-​Iran jieħdu ħsieb li jimlew il-​friġġ bl-​ikel sabiex ikunu jistgħu juru l-​ospitalità maʼ viżitaturi mhux mistennijin.

L-ispirtu t’għoti ġeneruż bħal dan kien evidenti fost ħafna nies imsemmijin fil-​Bibbja. Eżempju li jispikka hu dak taʼ Lidja, li probabbilment kienet proselita Lhudija li kienet tgħix f’Filippi, il-​belt prinċipali tad-​distrett tal-​Maċedonja. Darba minnhom f’jum is-​sabat, l-​appostlu Pawlu u dawk li kienu qed jivvjaġġaw miegħu ltaqgħu maʼ Lidja u maʼ xi nisa oħrajn li kienu miġburin ħdejn xmara barra Filippi. Ġeħova messilha qalbha hekk kif Pawlu kien qed jitkellem f’dik l-​okkażjoni. B’riżultat taʼ dan, hi tgħammdet flimkien maʼ xi membri tal-​familja tagħha. Imbagħad bil-​ħrara hi talbet lil dawk li kienu qed jivvjaġġaw: “Jekk tqisuni leali lejn Ġeħova, idħlu u oqogħdu f’dari.” Luqa, li kien qed jakkumpanja lil Pawlu, stqarr: “Ġagħlitna noqogħdu għandha.”​—Atti 16:​11-​15.

Bħal Lidja, il-​Kristjani llum juru l-​ospitalità maʼ sħabhom fit-​twemmin, bħall-​indokraturi li jivvjaġġaw u n-​nisa tagħhom. Dawk li jistidnuhom ‘iġagħluhom joqogħdu għandhom.’ Min-​naħa l-​oħra, dawk li juru l-​ospitalità jiġu mberkin b’konversazzjoni li tibni u sħubija spiritwali. Għalkemm ħafna mix-​Xhieda taʼ Ġeħova m’humiex sinjuri, huma ‘dejjem juru l-​ospitalità.’ (Rumani 12:13; Ebrej 13:2) L-​ispirtu tagħhom taʼ li jagħtu jagħmilhom henjin. Ċertament li Ġesù kien qed jgħid is-​sewwa meta qal: “Hemm iktar hena meta tagħti milli meta tirċievi.”​—Atti 20:35.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja