Lezzjonijiet Importanti għat-Tfal
GLADYS taħdem fi skola f’Mendoza, l-Arġentina. Darba minnhom kienet għaddejja minn ħdejn klassi u nnotat għalliema taqra lill-istudenti tagħha taʼ bejn id-disaʼ u l-għaxar snin mill-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja.a Gladys introduċiet lilha nfisha lill-għalliema bħala waħda mix-Xhieda taʼ Ġeħova u offritilha biex turiha kif tistaʼ tikseb l-akbar benefiċċju mill-pubblikazzjoni. L-għalliema kienet impressjonata b’dak li spjegatilha Gladys, u għalhekk riedet li l-ktieb isir parti regulari mill-kurrikulu. Madankollu, hi kellha bżonn permess mill-amministrazzjoni taʼ l-iskola. B’ferħ għaliha, ngħatalha l-permess.
Iktar tard, f’attività taʼ l-iskola biex tinkuraġġixxi l-qari, l-għalliema inkarigat lill-istudenti tagħha biex jaqraw kapitlu mill-ktieb quddiem sħabhom taʼ l-iskola. Minħabba li dan il-programm ġie milqugħ tajjeb, l-għalliema ġiet mistiedna biex tidher fuq programm tat-televixin lokali. Meta ssemmiet il-kondotta tat-tfal, dak li kien qed jippreżenta l-programm staqsieha, “Kif jirnexxilek tgħin lit-tfal biex iġibu ruħhom sew?” L-għalliema spjegat li hi kienet qed tuża pubblikazzjoni intitolata Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja. Hi spjegat li għalkemm ma kinitx qed tgħallem ir-reliġjon fil-klassi tagħha, permezz taʼ dan il-ktieb, hi kienet qed tnaqqax valuri morali bħar-rispett, it-tolleranza, l-unità, il-kooperazzjoni, l-ubbidjenza, u l-imħabba. Kollha qablu li dawn huma lezzjonijiet importanti li t-tfal iridu jitgħallmu.
Tixtieq int li tnaqqax valuri bħal dawn f’uliedek? Int tistaʼ tistaqsi lil wieħed mix-Xhieda taʼ Ġeħova għal kopja taʼ din il-pubblikazzjoni meraviljuża Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja.
[Nota taʼ taħt]
a Pubblikat mix-Xhieda taʼ Ġeħova.