L-Isem t’Alla fil-Mużika Russa
FL-1877, Modest Mussorgsky, kompożitur Russu magħruf sew, ippubblika biċċa xogħol bil-kor ibbażata fuq rakkont li seħħ fl-artijiet Bibliċi. Hu kiteb lil sieħbu u qallu: “Jien ktibt xena Biblika dwar Jesus Navinus [Joshua], ibbażata kollha kemm hi fuq il-Bibbja u saħansitra segwejt ir-rotta tar-rebħiet vittorjużi taʼ Navinus f’Kangħan.” F’kompożizzjonijiet oħrajn, inkluż “Il-Qerda taʼ Sanħerib,” Mussorgsky għamel użu wkoll minn temi u karattri Bibliċi.
Huwa sinifikanti l-fatt li, kemm f’“Jesus Navinus,” kif ukoll fl-edizzjoni tiegħu taʼ l-1874 “Il-Qerda taʼ Sanħerib,” Mussorgsky irrefera għal Alla, billi uża l-pronunzja Russa għall-isem divin, li hu rappreżentat fl-Iskrittura Ebrajka minn erbaʼ konsonanti—יהוה (JĦWH)—u li jidher madwar 7,000 darba.
Għalhekk, dawn ix-xogħlijiet taʼ Mussorgsky juru li l-isem t’Alla fil-Bibbja—Ġeħova—kien magħruf sew fis-soċjetà Russa qabel ma beda s-seklu 20. Dan hu xieraq, ladarba Ġeħova nnifsu qal lil Mosè: “Dan ikun ismi għal dejjem u dan l-isem ifakkarkom fija minn nisel għal nisel.”—Eżodu 3:15.
[Stampa f’paġna 32]
Konservatorju f’San Pietruburgu fl-1913, fejn tinżamm il-partitura stampata tal-mużika taʼ Mussorgsky
[Sorsi tal-Istampi f’paġna 32]
Sheet music: The Scientific Music Library of the Saint-Petersburg State Conservatory named after N.A. Rimsky-Korsakov; street scene: National Library of Russia, St. Petersburg