Avviżi
◼ L-offerta tal-letteratura għal Novembru: Għarfien Li Jwassal Għall-Ħajja Taʼ Dejjem. Se jsir sforz speċjali biex immorru lura kulfejn inkunu ħallejna xi ħaġa, bil-mira li nibdew studji tal-Bibbja fid-dar. Diċembru: In-New World Translation flimkien mal-ktieb Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art. Jannar: Il-Ktieb Tiegħi Taʼ Stejjer Mill-Bibbja. Frar: L-Aqwa Bniedem Li Qatt Għex.
◼ Il-kongregazzjonijiet li għad fadlilhom provista tal-Kingdom News Nru. 34 jistgħu jħeġġu lill-pubblikaturi biex joffru dawn bl-istess mod li jiġu wżati fuljetti oħrajn, kemm jekk minn dar għal dar u kemm jekk x’imkien ieħor. Jekk inhu aċċettabbli, il-pubblikaturi jistgħu jħallu waħda f’kull dar li ma jkun hemm ħadd fiha, fil-waqt li jkunu ċerti li jpoġġuha x’imkien fejn ma jarawhiex dawk li jkunu għaddejjin. Għandu jsir sforz biex jiġu mqassmin il-kopji kollha li fadal taʼ dan il-messaġġ taʼ valur.
◼ Il-kongregazzjonijiet għandhom jibdew jitolbu n-1997 Yearbook of Jehovah’s Witnesses mat-talba tagħhom għal-letteratura taʼ Novembru. Il-Yearbook se jkun disponibbli biċ-Ċiniż, bil-Franċiż, bil-Ġappuniż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bil-Għarbi, bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Russu, u bit-Taljan. Sakemm il-Yearbook isir disponibbli u jintbagħtu l-konsenji, dan se jidher bħala “Pending” fuq il-listi taʼ l-ippakkjar tal-kongregazzjoni. Il-Yearbooks huma kotba li jinkisbu b’ordni speċjali.