LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 10/97 p. 7
  • Avviżi

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Avviżi
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1997
Il-Ministeru tas-Saltna—1997
km 10/97 p. 7

Avviżi

◼ Offerta tal-​letteratura għal Ottubru: Kopji individwali taʼ It-​Torri Taʼ L-​Għassa u Stenbaħ! bil-​Malti u bl-​Ingliż. Billi nibdew mit-​12 t’Ottubru, se nqassmu l-​Aħbar Tas-​Saltna Nru. 35. Novembru: Ikompli t-​tqassim taʼ l-​Aħbar Tas-​Saltna Nru. 35. Il-​kongregazzjonijiet li jlestu t-​territorju tagħhom billi jilħqu l-​inkwilini f’kull dar jew abitazzjoni b’kopja taʼ l-​Aħbar Tas-​Saltna Nru. 35 jistgħu joffru l-​ktieb Għarfien. Diċembru: New World Translation flimkien mal-​ktieb L-​Aqwa Bniedem. Jannar: Kwalunkwe ktieb taʼ 192 paġna ppubblikat qabel l-​1985 li l-​kongregazzjoni għandu mnejn ikollha maħżun. Kongregazzjonijiet li m’għandhomx ħażna taʼ kotba bħal dawn jistgħu joffru Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-​Ġenna Fuq L-​Art.

◼ L-​insert f’din il-​ħarġa taʼ Il-​Ministeru Tas-​Saltna hija “L-​Iskeda Taʼ L-​Iskola Tal-​Ministeru Teokratiku Għall-​1998.” Din għandha tinżamm bħala referenza għal matul l-​1998.

◼ B’ħames Sibtijiet u Ħdud, ix-​xahar taʼ Novembru jistaʼ jkun żmien konvenjenti biex ħafna jkunu pijunieri awżiljarji.

◼ Il-​ħinijiet tal-​laqgħat għal bosta kongregazzjonijiet se jinbidlu maʼ l-​1 taʼ Jannar. Għalhekk, jistaʼ jkun hemm bżonn li tiġi ordnata provista ġdida taʼ handbills biex juru l-​ħinijiet ġodda tal-​laqgħat.

◼ Il-​kongregazzjonijiet għandhom jibdew jordnaw Neżaminaw L-​Iskrittura Kuljum​—1998 flimkien maʼ l-​ordni tagħhom tal-​letteratura għal Ottubru. Il-​kotba se jkunu disponibbli bl-​Amħarik, bil-​Bengaliż, biċ-​Ċiniż, biċ-​Ċiniż (Simplifikat), bil-​Franċiż, bil-​Ġappuniż, bil-​Ġermaniż, bil-​Grieg, bil-​Guġarati, bl-​Għarbi, bil-​Ħindi, bl-​Ingliż, bl-​Ispanjol, bil-​Kroat, bil-​Lingalan, bil-​Malti, bil-​Pollakk, bil-​Portugiż, bil-​Punġabi, bir-​Russu, bis-​Serbjan, bit-​Taljan, bit-​Tork u bl-​Urdu. Dawn il-​kotba huma oġġetti li jinkisbu b’ordni speċjali u, sakemm issir l-​kunsinja, se jkunu jidhru bħala “Back-ordered” fuq il-​listi taʼ l-​ordnijiet tal-​kongregazzjoni.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja