Avviżi
◼ Offerta tal-letteratura għal Novembru: Ikompli t-tqassim taʼ l-Aħbar Tas-Saltna Nru. 35. Il-kongregazzjonijiet li jlestu t-territorju tagħhom billi jilħqu l-inkwilini f’kull dar jew abitazzjoni b’kopja taʼ l-Aħbar Tas-Saltna Nru. 35 jistgħu joffru l-ktieb Għarfien. Diċembru: In-New World Translation flimkien mal-ktieb L-Aqwa Bniedem. Jannar: Kwalunkwe ktieb taʼ 192 paġna ppubblikat qabel l-1985 li l-kongregazzjoni jistaʼ jkollha maħżun. Kongregazzjonijiet li m’għandhomx ħażna taʼ kotba bħal dawn jistgħu joffru l-ktieb Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art. Frar: Għarfien Li Jwassal Għall-Ħajja Taʼ Dejjem.
◼ Wara li titlesta l-kampanja speċjali fis-16 taʼ Novembru, kongregazzjonijiet li jkun għad baqgħalhom provista taʼ l-Aħbar Tas-Saltna Nru. 35 jistgħu jinkuraġġixxu lill-pubblikaturi biex joffruhom bl-istess mod li jintużaw il-fuljetti, kemm jekk minn bieb għal bieb u kemm jekk x’imkien ieħor. Jekk ikun għaqli, il-pubblikaturi jistgħu jħallu waħda f’kull dar fejn ma jsibu ’l ħadd, fil-waqt li jaċċertaw li ma tkunx tidher min-nies tat-triq. Għandhom isiru sforzi biex jitqassmu l-kopji kollha li jkun għad fadal taʼ dan il-messaġġ importanti.
◼ Il-kongregazzjonijiet għandhom jibdew jordnaw in-1998 Yearbook of Jehovah’s Witnesses flimkien mat-talba tagħhom għal-letteratura taʼ Novembru. Il-Yearbook se jkun disponibbli biċ-Ċiniż, bil-Franċiż, bil-Ġappuniż, bil-Ġermaniż, bl-Għarbi, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Russu u bit-Taljan. Il-Yearbooks huma kotba li jinkisbu b’ordni speċjali u se jidhru bħala “Back Ordered” fuq il-listi taʼ l-ippakkjar tal-kongregazzjoni sakemm issir il-konsenja.