Ilkoll Irridu ‘Nilqgħu l-Kelma bil-Ferħa’!
1 Miljuni taʼ nies qegħdin jistudjaw il-Bibbja max-Xhieda taʼ Jehovah. Sabiex jikkwalifikaw għal ħajja taʼ dejjem, dawn iridu ‘jilqgħu l-kelma bil-ferħa,’ bħalma għamlu t-3,000 ruħ li nidmu u tgħammdu fil-jum taʼ Pentekoste 33 E.K. (Atti 2:41, Karm Żammit) Dan x’responsabbiltà jitfaʼ fuqna llum?
2 Jeħtieġ li aħna ngħinu lill-istudenti tagħna tal-Bibbja jiżviluppaw devozzjoni lejn Jehovah. (1 Tim. 4:7-10) Għal dan l-għan, l-insert taʼ Il-Ministeru tas-Saltna taʼ Ġunju 1996, paragrafu 20, tissuġġerixxi: “Waqt li jkun għaddej l-istudju, fittex għal opportunitajiet biex tibni apprezzament lejn il-kwalitajiet taʼ Jehovah. Esprimi s-sentimenti profondi tiegħek stess lejn Alla. Għin lill-istudent jaħseb kif se jiżviluppa relazzjoni kordjali u persunali maʼ Jehovah.”
3 L-Isfida li Niffaċċjaw: Il-biċċa l-kbira tan-nies, influwenzati mir-reliġjon falza, jinsabu kuntenti b’forma taʼ qima li tinvolvi l-inqas ħin u sforz possibbli u fejn ma jkollhomx għalfejn jagħmlu xi bidla kbira fil-mod taʼ ħajjithom. (2 Tim. 3:5) L-isfida li niffaċċjaw hija li ngħinu lill-istudenti tagħna tal-Bibbja jaraw li l-qima vera tinvolvi iktar milli jkunu sempliċement semmiegħa tal-kelma t’Alla. Huma jridu japplikaw f’ħajjithom dak li jitgħallmu. (Ġak. 1:22-25) Jekk hemm xi ħaġa fil-kondotta persunali tagħhom li m’hijiex aċċettabbli għal Alla, jeħtieġ li jirrikonoxxu l-obbligu tagħhom li ‘jerġgħu lura’ u jagħmlu dak li huwa tajjeb biex jogħġbuh. (Atti 3:19) Biex jiksbu ħajja eterna, iridu ‘jitħabtu’ u jieħdu waqfa soda għall-verità.—Lq. 13:24, 25.
4 Meta tkun qed tiddiskuti aspetti diversi tal-moralità, staqsi lill-istudent tiegħek tal-Bibbja kif hu attwalment iħares lejhom verament dawn l-affarijiet u x’għandu jagħmel jekk jara l-bżonn li jagħmel bidliet f’ħajtu. Idderieġi l-attenzjoni tiegħu lejn l-organizzazzjoni li permezz tagħha qiegħed jitgħallem il-verità, u inkuraġġih biex jattendi l-laqgħat tal-kongregazzjoni regolarment.—Lhud 10:25.
5 Ejjew nagħmluha l-mira tagħna li nilħqu qalb l-istudent bit-tagħlim tagħna. Aħna nithennew hekk kif nimmotivaw lil uħud ġodda biex jilqgħu l-kelma t’Alla bil-ferħa u jitgħammdu!—1 Tess. 2:13.