LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 3/99 p. 3
  • Avviżi

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Avviżi
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1999
Il-Ministeru tas-Saltna—1999
km 3/99 p. 3

Avviżi

◼ Offerta taʼ letteratura għal Marzu: Għarfien Li Jwassal Għall-​Ħajja Taʼ Dejjem. Se jsir sforz speċjali biex jinbdew studji tal-​Bibbja fid-​dar. April u Mejju: Kopji individwali taʼ It-​Torri taʼ l-​Għassa u Stenbaħ! Ara li jkollok il-​browxer X’Jirrikjedi disponibbli għal nies li juru interess, u stinka biex tibda studji tal-​Bibbja fid-​dar. Ġunju: Għarfien Li Jwassal Għall-​Ħajja Taʼ Dejjem.

◼ Pubblikaturi li jixtiequ jaqdu bħala pijunieri awżiljarji f’April u f’Mejju għandhom jagħmlu l-​pjanijiet tagħhom issa u jitfgħu l-​applikazzjoni tagħhom kmieni. Dan se jgħin lill-​anzjani biex jagħmlu l-​arranġamenti tas-​servizz taʼ l-​għalqa li huma meħtieġa u jkollhom provvista suffiċjenti taʼ rivisti u letteratura oħra. L-​ismijiet taʼ dawk kollha li jiġu approvati bħala pijunieri awżiljarji għandhom jiġu annunzjati fil-​kongregazzjoni.

◼ L-​indokratur li jippresiedi jew xi ħadd imqabbad minnu għandu jawditja l-​kontijiet tal-​kongregazzjoni fl-​1 taʼ Marzu jew mill-​iktar fis possibbli wara din id-​data. Meta dan isir, agħmel avviż lill-​kongregazzjoni wara li jinqara r-​rapport tal-​kontijiet li jmiss.

◼ Il-​Mafkar se jinżamm il-​Ħamis, l-​1 t’April, 1999. Jekk il-​kongregazzjoni tagħkom normalment ikollha l-​laqgħat nhar taʼ Ħamis, dawn għandhom jinżammu f’ġurnata oħra tal-​ġimgħa jekk is-​Sala tas-​Saltna tkun disponibbli. Jekk dan ma jkunx possibbli u jeffettwa l-​Laqgħa tas-​Servizz, il-​partijiet li huma applikabbli partikolarment għall-​kongregazzjoni tagħkom jistgħu jiġu inkorporati f’Laqgħa tas-​Servizz oħra.

◼ Dawk li jissieħbu maʼ xi kongregazzjoni għandhom jibagħtu l-​abbonamenti l-​ġodda u l-​imġeddin kollha għal It-​Torri taʼ l-​Għassa u Stenbaħ!, inkluż l-​abbonamenti persunali tagħhom, permezz tal-​kongregazzjoni.

◼ Is-​Soċjetà ma taqdix ir-​rikjesti persunali taʼ pubblikaturi individwali għal-​letteratura. L-​indokratur li jippresiedi jrid jiftiehem biex isir avviż kull xahar qabel ma tintbagħat lis-​Soċjetà r-​rikjesta taʼ kull xahar tal-​kongregazzjoni għal-​letteratura sabiex dawk kollha interessati f’li jiksbu xi letteratura persunali jkunu jistgħu jinformaw lill-​ħu inkarigat mil-​letteratura. Jekk jogħġobkom żommu f’moħħkom liema pubblikazzjonijiet huma letteratura li tinkiseb b’rikjesta speċjali.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja