Avviżi
◼ Offerta taʼ letteratura għal Awissu: Jistaʼ jintuża kwalunkwe browxer taʼ 32 paġna minn dawn li ġejjin: Gawdi l-Ħajja fuq l-Art Għal Dejjem!, Għandek Int Temmen fit-Trinità?, Meta Xi Ħadd Li Tħobb Imut, The Divine Name That Will Endure Forever, The Government That Will Bring Paradise, Veru li Alla Jimpurtah Minna?, X’Inhu l-Iskop tal-Ħajja—Kif Tistaʼ Ssibu?, u X’Jiġrilna meta Mmutu? Il-browxers Ktieb għan-Nies Kollha, Our Problems—Who Will Help Us Solve Them?, Spirits of the Dead—Can They Help You or Harm You? Do They Really Exist?, u Will There Ever Be a World Without War? jistgħu jiġu offruti fejn ikun xieraq. Settembru: Il-kotba li ġejjin: Il-Verità li Twassal għal Ħajja Eterna, u Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem. Ottubru: Ir-rivisti It-Torri taʼ l-Għassa u Stenbaħ! Lejn l-aħħar tax-xahar, se nqassmu l-Aħbar tas-Saltna Nru. 36, “Il-Millennju l-Ġdid—X’Qed Joffrilek il-Futur?” Novembru: Ikompli t-tqassim taʼ l-Aħbar tas-Saltna Nru. 36. Il-kongregazzjonijiet li jlestu t-territorju tagħhom billi jilħqu lill-inkwilini f’kull dar u abitazzjoni b’kopja taʼ l-Aħbar tas-Saltna Nru. 36 jistgħu joffru l-browxer X’Jirrikjedi jew il-ktieb Għarfien. Jekk in-nies diġà għandhom minnhom, jistaʼ jintuża l-ktieb Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem jew il-ktieb Stejjer mill-Bibbja.
◼ L-indokratur li jippresiedi jew xi ħadd maħtur minnu għandu jawditja l-kontijiet tal-kongregazzjoni fl-1 taʼ Settembru jew kemm jistaʼ jkun malajr wara din id-data. Meta dan ikun sar, agħmel avviż lill-kongregazzjoni wara li jkun inqara r-rapport tal-kontijiet li jmiss.
◼ Il-kongregazzjonijiet għandhom jibdew jordnaw it-2001 Calendar of Jehovah’s Witnesses mar-rikjesta tagħhom tal-letteratura għal Settembru. Il-kalendarji se jkunu disponibbli bl-Afrikan, bl-Albaniż, bl-Armenjan, bl-Armenjan tal-Lvant, biċ-Ċek, biċ-Ċiniż, bid-Daniż, bl-Ebrajk, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġappuniż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Għarbi, bil-Ħindi, bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bl-Isvediż, bil-Korean, bil-Kroat, bin-Norveġiż, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bir-Russu, bis-Serbjan, bis-Slovakk, bit-Taljan, bit-Tork, bl-Ukranjan, u bl-Ungeriż.
◼ Qegħda tintbagħat provvista adegwata taʼ formoli għall-użu matul is-sena taʼ servizz 2001 lil kull kongregazzjoni. Jekk jogħġobkom użaw dawn il-formoli bil-għaqal. Għandhom jintużaw biss għall-iskop intenzjonat għalihom.
◼ L-inventarju annwali tal-letteratura u r-rivisti kollha disponibbli għandu jsir fil-31 t’Awissu, 2000 jew kemm jistaʼ jkun qrib dik id-data. Dan l-inventarju huwa simili għal dak li jagħmel il-koordinatur tal-letteratura meta kull xahar jgħodd kollox, u t-totali jridu jitniżżlu fil-formola taʼ l-Inventarju tal-Letteratura (S-18). L-ammont totali taʼ rivisti disponibbli jistaʼ jinkiseb mill-aħwa inkarigati mir-rivisti f’kull kongregazzjoni fil-grupp tal-letteratura. Il-kongregazzjoni li tieħu ħsieb il-koordinazzjoni se tirċievi tliet formoli taʼ l-Inventarju tal-Letteratura (S-18). Jekk jogħġobkom ibagħtu l-oriġinal bil-posta lis-Soċjetà mhux iktar tard mis-6 taʼ Settembru. Żommu kopja għall-files tagħkom. It-tielet kopja tistaʼ tintuża bħala karta biex taħdmu fuqha. Is-segretarju tal-kongregazzjoni li tieħu ħsieb il-koordinazzjoni għandu jiċċekkja l-inventarju. Is-segretarju u l-indokratur li jippresiedi tal-kongregazzjoni li tieħu ħsieb il-koordinazzjoni mbagħad jiffirmaw il-formola.