Qiegħed Int Toffri Studji tal-Bibbja?
1 Ħafna qed jirnexxilhom jibdew studji tal-Bibbja meta b’mod dirett joffru lin-nies l-opportunità li jistudjaw il-Bibbja. Wieħed raġel li kemm-il darba ma riedx jaf bil-letteratura aċċetta mill-ewwel meta offrewlu studju tal-Bibbja. Hu wieġeb: “Minn dejjem xtaqt nistudja l-Bibbja.” Inbeda studju tal-Bibbja, u l-familja kollha ma damitx ma għamlet progress.
2 Kulħadd għandu jżomm f’moħħu li jrid jipprova jibda l-istudji. Biex individwi jagħmlu progress f’li jsiru dixxipli taʼ Kristu, iridu jiġu mgħallmin. (Mt. 28:19, 20) Biex jiġu mgħallmin, għandhom bżonn lil xi ħadd li jikkonduċi studju tal-Bibbja magħhom. L-istudji jistgħu taʼ spiss jinbdew meta b’mod sempliċi toffri lill-inkwilin li turih kif jistaʼ jitgħallem iktar dwar il-Bibbja u l-wegħdi t’Alla. Ħu rnexxielu jibda ħames studji mill-fuljett Il-Ħajja f’Dinja Ġdida taʼ Paċi. Peress li ma setax jikkonduċi dawk l-istudji kollha b’mod regulari, hu beda jgħaddi l-istudji tal-Bibbja lil xi pubblikaturi oħrajn.
3 Jekk aħna nsibuha faċli biex nibdew l-istudji, nistgħu nieħdu magħna xi pubblikaturi oħrajn u ngħinuhom jibdew studji huma wkoll. Jew nistgħu ngħaddu xi studji li nkunu bdejna lil oħrajn fil-kongregazzjoni. Jekk tixtieq tikkonduċi studju tal-Bibbja, għax ma tipprovax toffri wieħed lil dawk li tiltaqaʼ magħhom fil-ministeru minn dar għal dar? Darba minnhom pubblikatur mar żjara lura għand tfajla żagħżugħa li ma tantx kienet uriet interess. Minkejja dan, il-pubblikatur offrielha studju tal-Bibbja, u hi aċċettat. Illum hija mgħammda, u oħtha u r-raġel t’oħtha qegħdin ukoll jattendu għal-laqgħat.—Gal. 6:6.
4 Mhux maʼ kulmin nibdew studju se jibqaʼ jistudja. Mhux dawk kollha li jistudjaw se jiġu fil-verità. Iżda xi wħud jiġu. Iktar ma nibdew studji, iktar se jkun hemm ċans li aħna nkunu nistgħu ngħinu lil oħrajn isiru wħud li jfaħħru lil Jehovah.