LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 3/02 p. 1
  • Magħqudin bil-Ferħ maʼ Jehovah u Ibnu

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Magħqudin bil-Ferħ maʼ Jehovah u Ibnu
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2002
  • Materjal Simili
  • Għala Nattendu għat-Tifkira
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
  • Niftakru fil-Fidwa b’Apprezzament
    Il-Ministeru tas-Saltna—2008
  • Ġeħova Jbierek l-Isforzi Biex Nattendu t-Tifkira
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2023
  • “Ibqgħu Agħmlu Dan b’Tifkira Tiegħi”
    Il-Ministeru tas-Saltna—2007
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2002
km 3/02 p. 1

Magħqudin bil-​Ferħ maʼ Jehovah u Ibnu

L-​Iktar Okkażjoni Importanti tas-​Sena Se Tkun Osservata fit-​28 taʼ Marzu

1 Billi nosservaw l-​Ikla taʼ Fil-​Għaxija tal-​Mulej wara nżul ix-​xemx fit-​28 taʼ Marzu, 2002, nuru l-​għaqda taʼ ferħ li għandna m’Alla Jehovah u Ġesù Kristu. F’din l-​okkażjoni verament speċjali, dawk li fadal mill-​Kristjani midlukin se jgawdu s-​“sehem” speċjali li għandhom mal-​werrieta tas-​Saltna l-​oħrajn, mal-​Missier, u maʼ Ibnu. (1 Ġw. 1:​3, New World Translation; Efes. 1:​11, 12) Miljuni taʼ “nagħaġ oħra” se jimmeditaw fuq il-​privileġġ meraviljuż taʼ li jkunu magħqudin maʼ Jehovah u Ibnu, u jkunu b’qalb u moħħ wieħed magħhom f’li jwettqu x-​xogħol t’Alla!—Ġw. 10:16.

2 Xogħol Flimkien b’Relazzjoni mill-​Qrib: Jehovah u Ġesù minn dejjem kienu magħqudin bil-​ferħ. Huma gawdew sħubija mill-​qrib għal eluf u eluf taʼ snin qabel ma nħoloq il-​bniedem. (Mik. 5:1 [5:​2, NW]) Għalhekk, rabta qawwija t’affezzjoni tenera żviluppat bejniethom. Bħala l-​għerf personifikat, dan l-​ewwel Iben imwieled setaʼ jgħid fl-​eżistenza preumana tiegħu: “Jien kont . . . l-​għaxqa [taʼ Jehovah], jum wara ieħor, nitliegħeb il-​ħin kollu quddiemu.” (Prov. 8:30) Peress li l-​Iben t’Alla qattaʼ snin bla għadd jissieħeb b’mod intimu mas-​Sors taʼ l-​imħabba dan ħalla effett qawwi fuqu!—1 Ġw. 4:8.

3 Billi żamm f’moħħu li l-​bnedmin għandhom bżonn jiġu mifdijin, Jehovah għażel lill-​Iben uniġenitu tiegħu, li kien jitgħaxxaq b’mod speċjali bil-​bnedmin, sabiex jipprovdi sagrifiċċju bħala l-​prezz tal-​fidwa ħalli joffri l-​unika tama għalina. (Prov. 8:31) L-​istess bħalma Jehovah u Ibnu jinsabu magħqudin f’li jwettqu skop ewlieni, aħna nibqgħu magħqudin magħhom u bejnietna f’rabta taʼ mħabba qawwija, waqt li nagħmlu r-​rieda t’Alla bil-​ferħ.

4 Nuru l-​Apprezzament Tagħna mill-​Qalb: Billi nkunu preżenti għall-​Mafkar u nisimgħu b’attenzjoni u bir-​rispett kollu, nistgħu nuru l-​apprezzament ġenwin tagħna kemm għall-​imħabba taʼ Jehovah kif ukoll għas-​sagrifiċċju taʼ Ibnu għalina. Se jkun enfasizzat l-​eżempju kollu mħabba taʼ Ġesù, il-​fedeltà tiegħu sal-​mewt sabiex ipprovda prezz li tħallas għall-​fidwa, it-​tmexxija tiegħu bħala s-​Sultan tas-​Saltna stabbilità t’Alla, kif ukoll il-​barkiet li din is-​Saltna se ġġib għall-​bnedmin. Barra minn hekk, se niġu mfakkrin ukoll dwar il-​bżonn li nuru l-​fidi l-​ħin kollu, filwaqt li naħdmu b’mod żeluż fi qbil mar-​rieda taʼ Jehovah bħala wħud li ‘nissieħbu [flimkien] fil-​ħidma għat-​tixrid tal-​verità.’—3 Ġw. 8; Ġak. 2:17.

5 Ngħinu lil Oħrajn Jieħdu Sehem Magħna: Il-​ġemgħa t’anzjani għandha tagħmel sforz speċjali biex tħeġġeġ lix-​Xhieda inattivi kollha fit-​territorju ħalli jattendu għall-​Mafkar tal-​mewt taʼ Kristu. (Mt. 18:​12, 13) Agħmlu lista taʼ dawk kollha li tridu żżuru ħalli ma tinsew lil ħadd u tistidnuhom kollha personalment.

6 Taf b’xi individwi oħrajn li jistgħu jiġu għall-​Mafkar? Ħu l-​inizjattiva biex tibnilhom l-​apprezzament għal din l-​okkażjoni. Stidinhom minn qalbek, u għinhom iħossuhom milqugħin. Ejja nagħmlu l-​almu tagħna biex nistiednu għal din l-​iktar okkażjoni importanti tas-​sena lill-​istudenti tal-​Bibbja kollha u wħud interessati oħra, anki lill-​membri tal-​familja u oħrajn li nafu. Il-​benefiċċji tal-​fidwa jibqgħu disponibbli għal dawk kollha li jitgħallmu ‘l-​privileġġ kbir li jagħrfu ’l Kristu Ġesù.’ (Flp. 3:​8, Karm Żammit) Dawk li jeżerċitaw fidi fis-​sagrifiċċju taʼ Kristu jistgħu jiksbu tama ċerta taʼ ħajja taʼ dejjem.—Ġw. 3:16.

7 Qatt tonqos milli tirrealizza kemm jistaʼ jkollu effett qawwi l-​Mafkar fuq uħud sinċieri. Sentejn ilu fil-​gżira tal-​Papwa Ginea Ġdida, 11-il persuna li wrew interess ivvjaġġaw f’dgħajsa żgħira għal 17-il siegħa f’baħar qawwi sabiex ikunu preżenti. Għala? Huma qalu: “Ridna niċċelebraw il-​Mafkar taʼ Kristu maʼ l-​adoraturi taʼ Jehovah sħabna; allura l-​vjaġġ kien taʼ min jagħmlu.” Aħseb dwar iż-​żelu li wrew dawk l-​uħud interessati u kemm apprezzaw il-​fatt li jkunu magħqudin bil-​ferħ maʼ Jehovah, Ibnu, u l-​fratellanza Kristjana!

8 Offri studju tal-​Bibbja lil dawk kollha li juru interess. Ħeġġiġhom jattendu għal-​laqgħat tal-​kongregazzjoni b’mod regulari u jaqsmu maʼ ħaddieħor il-​veritajiet li qed jitgħallmu. Għinhom ‘jimxu fid-​dawl’ u ‘jagħmlu l-​verità’ billi japplikaw il-​prinċipji tal-​Bibbja f’ħajjithom. (1 Ġw. 1:​6, 7) Għinhom jiżviluppaw relazzjoni mill-​qrib maʼ Jehovah u jkomplu jkabbru l-​apprezzament tagħhom għall-​privileġġ taʼ li jagħmlu r-​rieda tiegħu magħqudin flimkien.

9 Xi privileġġ meraviljuż għandna li nkunu magħqudin bil-​ferħ ‘fi spirtu wieħed, u nissieltu b’ruħ waħda għall-​fidi taʼ l-​Evanġelju’! (Flp. 1:​27, 28) Ejja nħarsu ’l quddiem lejn is-​sħubija pjaċevoli flimkien fil-​Mafkar taʼ nhar it-​28 taʼ Marzu, bi gratitudni kbira lejn Jehovah u lejn Ibnu!—Lq. 22:19.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja