Avviżi
◼ Offerta taʼ letteratura għal Novembru: Alla X’Jirrikjedi Minna? jew Għarfien Li Jwassal Għall-Ħajja Taʼ Dejjem. Jekk l-inkwilin diġà jkollu din il-letteratura, tistaʼ tiġi offruta xi pubblikazzjoni li ħarġet qabel. Diċembru: L-Aqwa Bniedem Li Qatt Għex. Biex tibdel bħala offerta tistaʼ tuża Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja jew Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art. Jannar: Kwalunkwe ktieb ieħor li l-kongregazzjoni jistaʼ jkollha maħżun. Tistgħu tiċċekkjaw jekk il-kongregazzjonijiet fil-viċin għandhomx pubblikazzjonijiet żejda li ħarġu qabel jekk intom ma jkollkomx maħżunin.
◼ L-indokratur li jippresiedi għandu jawditja l-kontijiet tal-kongregazzjoni fl-1 taʼ Diċembru jew kemm jistaʼ jkun malajr wara din id-data. Meta dan ikun sar, agħmel avviż lill-kongregazzjoni wara li jkun inqara r-rapport tal-kontijiet li jmiss.
◼ Il-kongregazzjonijiet għandhom jibdew jordnaw il-volumi llegati taʼ The Watchtower u Awake! għall-2002 maʼ l-ordni tagħhom tal-letteratura li jmiss. Il-volumi llegati se jkunu disponibbli biċ-Ċiniż, Franċiż, Grieg, Ġappuniż, Ġermaniż, Ingliż, Korean, Kroat, Olandiż, Pollakk, Portugiż, Rumen, Russu, Spanjol, u Taljan. Sakemm il-volumi llegati jkunu disponibbli u jitlestew il-konsenji, dawn se jidhru bħala “Pending” fil-listi taʼ l-ippakkjar tal-kongregazzjoni. Il-volumi llegati huma letteratura li tinkiseb b’rikjesta speċjali.
◼ Id-donazzjonijiet li jsiru permezz taʼ ċekkijiet fl-assembleat tas-circuit, fil-ġranet t’assembleat speċjali, fil-konvenzjonijiet, u dawk li jintefgħu fil-kaxxi tal-kontribuzzjoni tas-Sala tas-Saltna lokali għax-xogħol taʼ madwar id-dinja u fil-fond tas-Sala tas-Saltna jridu jsiru pagabbli lill-“International Bible Students Association (Malta).”
◼ Il-vidjo Faithful Under Trials—Jehovah’s Witnesses in the Soviet Union (Leali Taħt Prova—Ix-Xhieda taʼ Jehovah fl-Unjoni Sovjetika) se jiġi kunsidrat fil-Laqgħa tas-Servizz matul Frar. Dawk li jixtiequ jiksbu kopja taʼ dan il-vidjo għandhom jordnawh mill-kongregazzjoni malajr kemm jistaʼ jkun.