Avviżi
◼ Offerta taʼ letteratura għal Diċembru: L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex. Offerti oħrajn huma: The Bible—God’s Word or Man’s, Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja, jew Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq l-Art. Jannar: Kwalunkwe ktieb ieħor li l-kongregazzjoni jistaʼ jkollha maħżun. Jekk intom ma jkollkomx maħżunin, tistgħu tiċċekkjaw mal-kongregazzjonijiet fil-viċin jekk għandhomx pubblikazzjonijiet qodma żejda. Frar: Magħqudin Fil-Qima Taʼ L-Uniku Alla Veru. Din hija l-edizzjoni oriġinali tal-ktieb. Meta jispiċċaw il-ħażniet taʼ dan il-ktieb, jistaʼ jiġi offrut il-browxer X’Jirrikjedi. Marzu: Għarfien Li Jwassal Għall-Ħajja Taʼ Dejjem. Se jsir sforz speċjali biex jinbdew studji tal-Bibbja fid-djar.
◼ L-inviti tal-Mafkar għas-sena 2003 fil-lingwa primarja taʼ kull kongregazzjoni dalwaqt se jintbagħtu lill-kongregazzjoni tiegħek. Jekk hemm lingwi oħrajn mitkellma fit-territorju tagħkom u tixtiequ provvista taʼ inviti b’dawk il-lingwi, dawn għandhom jiġu ordnati minnufih fuq il-Literature Request Form (S-14). L-inviti għall-Mafkar huma disponibbli bl-Albaniż, Armen, Armen tal-Lvant, Ċiniż, Ċiniż (Simplifikat), Franċiż, Ġappuniż, Grieg, Gujarati, Għarbi, Ħmong, Ilokan, Ingliż, Kambodjan, Korean, Kroat, Laosjan, Maċedoni, Olandiż, Papiamento (Curaçao), Persjan, Pollakk, Portugiż, Punġabi (Gurmukhi), Rumen, Russu, Samoan, Spanjol, Tagalog, Taljan, Vjetnamiż, u bil-lingwa tal-Gżejjer Marshall. Jekk jogħġobkom, ordnaw dawk il-lingwi biss li hemm bżonn fit-territorju tagħkom.
◼ Jekk jogħġobkom innotaw li l-Mafkar għas-sena 2004 se jkun il-Ħadd 4 t’April, wara nżul ix-xemx. Dan l-avviż bil-quddiem qiegħed jingħata sabiex l-aħwa jkunu jistgħu jibbukkjaw jew jagħmlu kuntratti skond il-bżonn għal swali disponibbli għal meta jkun hemm diversi kongregazzjonijiet li jużaw is-Sala tas-Saltna u jkunu jridu jinstabu faċilitajiet oħrajn. L-anzjani għandu jkollhom ftehim mal-maniġment biex jiżguraw li ma jkun hemm ebda tfixkil minn attivitajiet oħrajn fil-bini sabiex l-osservanza tal-Mafkar tkun tistaʼ ssir b’manjiera paċifika u bl-ordni. Minħabba l-importanza taʼ l-okkażjoni, meta taħtar kelliemi għall-Mafkar, il-ġemgħa taʼ l-anzjani għandha tagħżel wieħed mill-iktar anzjani kwalifikati minflok ma tagħżel lil min imissu jew tuża lill-istess ħu kull sena. Jekk hemm anzjan kapaċi mill-midlukin li jistaʼ jagħti t-taħdita, għandu jintgħażel hu.
◼ Il-pubblikaturi mgħammdin kollha preżenti għal-Laqgħa tas-Servizz fil-ġimgħa tas-6 taʼ Jannar jistgħu jiksbu d-dokument Advance Medical Directive/Release (Direttiva/Eżenzjoni Medika bil-Quddiem) u l-Identity Card (Karta taʼ Identità) għal uliedhom.
◼ Se jkun hemm aġġustament fil-mod kif titmexxa l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku waqt iż-żjara taʼ l-indokratur tas-circuit. Minn Jannar tas-sena 2003, wara l-għanja u t-talba tal-ftuħ, l-iskola se titmexxa għal madwar 25 minuta. Se jkun hemm taħdita taʼ ħames minuti fuq kwalità tad-diskors, taħdita taʼ istruzzjoni taʼ għaxar minuti, u punti prinċipali mill-Bibbja taʼ għaxar minuti. L-inkarigi Nru. 2, 3, u 4 m’humiex se jingħataw. L-iskola se tkun segwita minn Laqgħa tas-Servizz taʼ nofs siegħa. Wara l-għanja, se jkun hemm programm taʼ nofs siegħa mingħand l-indokratur tas-circuit, segwita mill-għanja u t-talba taʼ l-għeluq.