Avviżi
◼ Offerta taʼ letteratura għal Frar: Magħqudin Fil-Qima Taʼ L-Uniku Alla Veru. Din hija l-edizzjoni oriġinali tal-ktieb. Meta jispiċċaw il-ħażniet taʼ dan il-ktieb, jistaʼ jiġi offrut il-browxer X’Jirrikjedi. Marzu: Introduċi l-ktieb Għarfien. Se jsir sforz speċjali biex jinbdew studji tal-Bibbja fid-djar. April u Mejju: Introduċi kopji individwali kemm tat-Torri taʼ l-Għassa u kemm taʼ Stenbaħ! Meta żżur lura lil nies interessati, li jistaʼ jinkludi lil dawk li attendew għat-Tifkira tal-Mewt taʼ Ġesù jew ġrajjiet teokratiċi oħra iżda li m’humiex qed jissieħbu b’mod attiv mal-kongregazzjoni, ikkonċentra fuq li tħalli l-ktieb Qim lill-Uniku Alla Veru. Għandu jsir kull sforz biex jinbeda studju tal-Bibbja fid-dar, speċjalment jekk xi individwi diġà studjaw il-ktieb Għarfien u l-browxer X’Jirrikjedi.
◼ L-indokratur li jippresiedi għandu jinkariga lil xi ħadd biex jawditja l-kontijiet tal-kongregazzjoni fl-1 taʼ Marzu jew kemm jistaʼ jkun malajr wara din id-data. Meta dan ikun sar, agħmel avviż lill-kongregazzjoni wara li jkun inqara r-rapport tal-kontijiet li jmiss. Aqra lill-kongregazzjoni kull ittra li tesprimi apprezzament għall-kontribuzzjonijiet li saru għax-xogħol madwar id-dinja u għal kwalunkwe fond ieħor sponsorjat mill-organizzazzjoni.
◼ Is-segretarju u l-indokratur tas-servizz għandhom jirrivedu l-attività tal-pijunieri regulari kollha. Jekk xi ħadd minnhom qed isib diffikultà biex jilħaq il-ħtieġa tas-sigħat, l-anzjani għandhom jiftiehmu biex jagħtuh l-għajnuna. Għal xi suġġerimenti, irrevedu l-ittri annwali S-201. Araw ukoll paragrafi 12-20 taʼ l-insert taʼ l-Our Kingdom Ministry t’Awissu 1986.
◼ It-taħdita pubblika speċjali għall-istaġun tat-Tifkira 2003 se tkun fuq is-suġġett “Waslet is-Siegħa tal-Ġudizzju taʼ Babilonja?” Ara l-avviż fi qbil maʼ dan f’Il-Ministeru tas-Saltna taʼ Settembru 2002.
◼ Ladarba l-arranġament taʼ l-abbonamenti persunali bil-posta m’għadux disponibbli, huwa importanti li l-kongregazzjonijiet iqassmu l-ħarġiet tat-Torri taʼ l-Għassa u Stenbaħ! malli jirċivuhom. B’dan il-mod il-pubblikaturi se jkollhom il-kopji persunali tagħhom u jkunu jafu x’fihom qabel ma joffruhom fis-servizz taʼ l-għalqa.