Avviżi
◼ Offerta taʼ letteratura għal April u Mejju: Introduċi kopji individwali kemm tat-Torri taʼ l-Għassa u kemm taʼ Stenbaħ! Meta żżur lura lil nies interessati, li jistgħu jinkludu lil dawk li jattendu t-Tifkira u/jew ġrajjiet teokratiċi oħra iżda li m’humiex qed jissieħbu b’mod attiv mal-kongregazzjoni, ikkonċentra fuq li tħalli l-ktieb il-ġdid Qim lill-Uniku Alla Veru. Għandu jsir kull sforz biex jinbeda studju tal-Bibbja fid-dar, speċjalment jekk xi individwi diġà studjaw il-ktieb Għarfien u l-browxer X’Jirrikjedi. Ġunju: Offri l-ktieb Għarfien jew il-browxer X’Jirrikjedi. Jekk l-inkwilini diġà jkollhom dawn il-pubblikazzjonijiet, uża browxer ieħor addattat li l-kongregazzjonijiet għandhom maħżun. Lulju u Awissu: Jistaʼ jintuża kwalunkwe browxer taʼ 32 paġna minn dawn li ġejjin: Gawdi l-Ħajja fuq l-Art Għal Dejjem!, Għandek Int Temmen fit-Trinità?, “Ħares! Qed Nagħmel l-Affarijiet Kollha Ġodda,” Meta Xi Ħadd Li Tħobb Imut, Veru li Alla Jimpurtah Minna?, X’Inhu l-Iskop tal-Ħajja?—Kif Tistaʼ Ssibu?, u X’Jiġrilna meta Mmutu?
◼ B’seħħ minn April, il-badges tal-konvenzjoni distrettwali għall-2003 se jkunu awtomatikament inklużi mal-letteratura li tasal bil-baħar. Mhux se jkun hemm bżonn li dawn jiġu ordnati. Il-badges se jintbagħtu f’pakketti taʼ 25, skond in-numru taʼ pubblikaturi f’kull kongregazzjoni. Jekk il-kongregazzjoni jkollha bżonn iktar badges, dawn għandhom jiġu ordnati fuq il-Literature Request Form (S-14). Il-plastik fejn jinżammu l-badges għandu jiġi ordnat għal dawk kollha fil-kongregazzjoni li jixtiquh.
◼ Huwa neċessarju għall-uffiċċju lokali li jżomm dokumentazzjoni aġġornata taʼ l-indirizzi u n-numri tat-telefon taʼ l-indokraturi li jippresiedu u s-segretarji kollha. Jekk ikun hemm xi bidla fi kwalunkwe żmien, il-Kumitat tas-Servizz tal-Kongregazzjoni għandu jimla u jibgħat il-formola Presiding Overseer/Secretary Change of Address (S-29) lill-uffiċċju lokali mill-ewwel. Dan jinkludi kwalunkwe bidla fil-kodiċi postali.
◼ Is-segretarji tal-kongregazzjoni għandhom iżommu provvista adegwata tal-formoli Application for Regular Pioneer Service (S-205) u Application for Auxiliary Pioneer Service (S-205b). Dawn jistgħu jiġu ordnati fuq il-Literature Request Form (S-14). Minn taʼ l-inqas, żommu provvista għal sena. Irrevedu l-formoli kollha taʼ l-applikazzjoni għal pijunier regulari biex tkunu ċerti li huma kompluti. Jekk dawk li japplikaw ma jkunux jistgħu jiftakru d-data eżatta tal-magħmudija tagħhom, għandhom jikkalkulaw id-data bejn wieħed u ieħor u jżommu nota tagħha.
◼ Kulmeta l-pjanijiet biex tivvjaġġa jinkludu li tattendi l-laqgħat tal-kongregazzjoni, xi assemblea, jew xi konvenzjoni distrettwali f’pajjiż ieħor, ir-rikjesta tiegħek għall-informazzjoni fuq id-dati, il-ħinijiet, u l-postijiet fejn dawn isiru, trid tkun diretta lill-uffiċċju tal-fergħa li jieħu ħsieb ix-xogħol f’dak il-pajjiż. L-indirizzi taʼ l-uffiċċji tal-fergħa jinsabu mniżżlin fl-aħħar paġna tal-Yearbook kurrenti.