Reviżjoni taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
Il-mistoqsijiet li ġejjin se jiġu diskussi fl-Iskola tal-Ministeru Teokratiku matul il-ġimgħa li tibda fil-25 t’Awissu, 2003. L-indokratur taʼ l-iskola se jikkonduċi reviżjoni taʼ 30 minuta bbażata fuq il-materjal li ġie mgħoddi fl-inkarigi għall-ġimgħat tas-7 taʼ Lulju sal-25 t’Awissu, 2003. [Nota: Fejn m’hemmx referenzi għall-mistoqsija, se jkollok bżonn tagħmel riċerka biex issib it-tweġibiet.—Ara Ministry School, pġi. 36-7.]
KWALITAJIET TAD-DISKORS
1. Meta tieħu sehem fil-ministeru x’benefiċċji tikseb jekk iżżomm kuntatt bl-għajnejn? [be pġ. 125 pari. 1-2; pġ. 125 kaxxa]
2. Jekk qabel ma toħroġ għall-ministeru tħossok beżgħan, x’jistaʼ jgħinek? [be pġ. 128 pari. 4-5]
3. X’se jgħinek titkellem b’mod naturali u fluwenti meta tkun qed tagħti taħdita minn fuq il-platform? [be pġ. 129 par. 2; pġ. 129 kaxxa]
4. X’effett għandu jkollhom fuq id-dehra persunali tagħna l-prinċipji misjubin f’Levitiku 16:4, 24, 26, 28; Ġwanni 13:10; u Apokalissi 19:8, u dan għala huwa importanti? [be pġ. 131 par. 3; pġ. 131 kaxxa]
5. Iddeskrivi individwu modest u li għandu “moħħ f’loku.” (1 Tim. 2:9, 10, NW) [be pġ. 132 par. 1]
INKARIGU NRU. 1
6. Għalkemm il-Kristjani jridu bil-paċenzja kollha jistabru b’xulxin, x’ma jiġix ittollerat fosthom? (Kol. 3:13) [w-MT01 7/15 pġ. 22 pari. 7-8]
7. Veru jew Falz: Numru ordinali huwa numru sħiħ. Spjega. [si pġ. 282 pari. 24-5]
8. X’inhu l-iktar motiv ġenwin li jistaʼ jkollna biex naqraw il-Kelma t’Alla, u għala huwa importanti li jkollna motivazzjoni bħal din? [be pġ. 24 par. 1]
9. Kif jistaʼ individwu għaqli ‘jaħżen l-għerf’? (Prov. 10:14) [w-MT01 7/15 pġ. 27 pari. 4-5]
10. Id-drawwiet tajbin taʼ Ġob għala huma taʼ min jinnotahom? (Ġob 1:1, 8; 2:3) [w-MT01 8/1 pġ. 20 par. 4]
QARI TAL-BIBBJA TAʼ KULL ĠIMGĦA
11. Kif setgħu l-membri tal-ġemgħa li tiggverna ‘jaqblu lkoll bejniethom’ li l-Ġentili ma kellhomx għalfejn ikunu ċirkonċiżi biex isalvaw? (Atti 15:25)
12. Kif setgħet il-ġemgħa li tiggverna titlob lil Pawlu biex iwettaq ċerti kundizzjonijiet tal-Liġi Mosajka meta din il-Liġi tħassret minn Jehovah? (Atti 21:20-26) [it-1 pġ. 481 par. 3; it-2 pġ. 1163 par. 6–pġ. 1164 par. 1]
13. Liema akkużi foloz li saru kontra l-appostlu Pawlu jfakkruna fl-akkużi li saru kontra x-Xhieda taʼ Jehovah fi żminijiet reċenti? (Atti 24:5, 6) [w-MT01 12/15 pġ. 22 par. 7–pġ. 23 par. 2]
14. Pawlu kif ħalla eżempju bħala proklamatur tas-Saltna anki meta kien arrestat f’daru għal sentejn sħaħ? (Atti 28:30, 31, NW)
15. B’liema mod huma l-awtoritajiet superjuri parti mill-arranġament t’Alla, u dan kif għandu jeffettwa lill-Kristjani? (Rum. 13:1, 2) [w-MT00 8/1 pġ. 4 par. 5]