LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 3/05 p. 3
  • Avviżi

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Avviżi
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2005
Il-Ministeru tas-Saltna—2005
km 3/05 p. 3

Avviżi

◼ Marzu: Ibqaʼ Għassa! Jekk xi individwi juru interess sinċier, uża l-​ktieb Għarfien bil-​mira li tibda studju tal-​Bibbja fid-​dar. April u Mejju: Offri kopji individwali kemm tat-​Torri taʼ l-​Għassa u kemm taʼ Stenbaħ! Meta terġaʼ żżur lil dawk li juru interess, inkludi lil dawk li jkunu attendew it-​Tifkira jew xi avvenimenti teokratiċi oħra imma li m’humiex qed jissieħbu b’mod attiv mal-​kongregazzjoni, u ikkonċentra fuq li tħalli l-​ktieb Qim lil Alla. Il-​mira għandha tkun li jinbeda studju tal-​Bibbja fid-​dar, speċjalment jekk xi individwi diġà studjaw il-​ktieb Għarfien u l-​browxer X’Jirrikjedi. Ġunju: Offri l-​ktieb Tgħallem mill-​Għalliem il-​Kbir. Jekk ikun hemm min jgħid li m’għandux tfal, offri l-​ktieb Hena Fil-​Familja jew il-​ktieb Għarfien. Agħmel sforz biex tibda studji tal-​Bibbja.

◼ Il-​kongregazzjonijiet għandhom iqassmu l-​aħħar ħarġiet taʼ It-​Torri taʼ l-​Għassa u Stenbaħ! malli jirċivuhom. Dan se jagħti ċans lill-​pubblikaturi biex isiru familjari maʼ dak li jkun fihom qabel ma joffruhom fis-​servizz taʼ l-​għalqa. Il-​Ministeru tas-​Saltna wkoll għandu jingħata lill-​pubblikaturi malli jasal. Dan jistaʼ jitqassam fl-​Istudju tal-​Ktieb tal-​Kongregazzjoni.

◼ Kulmeta l-​pjanijiet biex tivvjaġġa jinkludu li tattendi l-​laqgħat tal-​kongregazzjoni, xi assemblea, jew xi konvenzjoni distrettwali f’pajjiż ieħor, ir-​rikjesta tiegħek għall-​informazzjoni fuq id-​dati, il-​ħinijiet, u l-​postijiet fejn dawn isiru, trid tkun diretta lill-​uffiċċju tal-​fergħa li jieħu ħsieb ix-​xogħol f’dak il-​pajjiż. L-​indirizzi taʼ l-​uffiċċji tal-​fergħa jinsabu mniżżlin fl-​aħħar paġna tal-​Yearbook kurrenti.

◼ Is-​segretarji tal-​kongregazzjonijiet għandhom iżommu provvista adegwata tal-​formoli Applikazzjoni għas-​Servizz taʼ Pijunier Regulari (S-205-MT) u Applikazzjoni għas-​Servizz taʼ Pijunier Awżiljarju (S-205b-MT). Dawn jistgħu jiġu ordnati fuq il-​Literature Request Form (S-14). Żommu mill-​inqas provvista għal sena sħiħa.

◼ It-​Tifkira se tinżamm nhar il-​Ħamis, 24 taʼ Marzu, 2005. Jekk il-​kongregazzjoni tagħkom normalment ikollha l-​laqgħat nhar taʼ Ħamis, dawn għandhom jinżammu f’ġurnata oħra tal-​ġimgħa jekk is-​Sala tas-​Saltna tkun disponibbli. Jekk dan ma jkunx possibbli u jeffettwa l-​Laqgħa tas-​Servizz, il-​partijiet li japplikaw b’mod partikulari għall-​kongregazzjoni tagħkom jistgħu jiġu inklużi f’Laqgħa tas-​Servizz oħra.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja