X’Nistgħu Ngħidu dwar ir-Rivisti
It-Torri taʼ l-Għassa 15 taʼ Ġun.
“Ħafna minna se nqattgħu l-biċċa l-kbira minn ħajjitna naħdmu. Xi wħud iqisu x-xogħol bħala barka; oħrajn iqisuh bħala saħta. Int x’taħseb? [Agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad aqra Koħèlet 2:24.] Din ir-rivista turi kif il-Bibbja tistaʼ tgħinna niksbu ħarsa bilanċjata dwar ix-xogħol. Tiddiskuti wkoll kif nistgħu nkampaw maʼ l-istress li jiġi mix-xogħol.”
It-Torri taʼ l-Għassa 1 taʼ Lul.
“Ilkoll kemm aħna nafu b’uħud li għalkemm jidhru li rnexxew fil-ħajja, iħossu li għad hemm xi ħaġa nieqsa f’ħajjithom. X’taħseb li jkunu qed ifittxu nies bħal dawn? [Agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad aqra Mattew 5:3.] Din ir-rivista tiddiskuti ċavetta importanti li tgħinna niksbu l-paċi ġewwinija—li nissodisfaw il-bżonn spiritwali tagħna.”
Stenbaħ! Lul.—Sett.
“Għalkemm Ġesù Kristu x’aktarx li huwa magħruf iktar minn kwalunkwe bniedem ieħor li qatt għex, ħafna nies jixtiequ jkunu jafu min hu verament. Kont taf li saħansitra anki l-appostli taʼ Ġesù ħasbu dwar dan? [Agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad aqra Marku 4:41.] Din ir-rivista teżamina x’tgħid il-Bibbja dwar l-identità vera taʼ Ġesù.”