Avviżi
◼ Offerta taʼ letteratura għal Novembru: Offri l-ktieb Tgħallem mill-Għalliem il-Kbir. Jekk l-inkwilini jindikaw li m’għandhomx tfal, offri l-ktieb Għarfien jew il-fuljett Tixtieq Tkun Taf Iżjed dwar il-Bibbja? Diċembru: Offri l-ktieb L-Aqwa Bniedem Li Qatt Għex. Inkella, offri xi ktieb ieħor bħall-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja, jew Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art jekk il-kongregazzjoni għandha maħżunin. Jannar: Kwalunkwe pubblikazzjoni antika li l-kongregazzjoni jistaʼ jkollha maħżuna. L-indokratur tas-servizz taʼ kull kongregazzjoni għandu jiċċekkja mal-koordinatur tal-letteratura tas-Sala tas-Saltna biex jara jekk hemmx iż-żejjed minn xi kotba antiki. Jekk m’għandkomx pubblikazzjonijiet antiki maħżunin, jekk jogħġbok iċċekkja mal-kongregazzjonijiet fil-qrib jekk għandhomx letteratura antika li tistgħu tużaw. Frar: Offri l-ktieb Ersaq Qrib Lejn Jehovah.
◼ Peress li Diċembru fih diversi festi pubbliċi u fih ħames Sibtijiet, ikun xahar eċċellenti biex taqdi bħala pijunier awżiljarju.
◼ Mill-ġimgħa li tibda fis-17 t’April, 2006, se nibdew nistudjaw Il-Bibbja X’Tgħallem Verament? fl-Istudju tal-Ktieb tal-Kongregazzjoni. Il-kongregazzjonijiet għandu jkollhom biżżejjed kopji tal-pubblikazzjoni.
◼ L-indokratur li jippresiedi, jew xi ħadd inkarigat minnu, għandu jawditja l-kontijiet tal-kongregazzjoni fl-1 taʼ Diċembru jew kemm jistaʼ jkun malajr wara din id-data. Jekk hemm xi kont bankarju ieħor, bħal per eżempju tal-manutenzjoni jew tal-kostruzzjoni, għandhom isiru arranġamenti sabiex jiġi awditjat dan il-kont. Meta dan ikun sar, għandu jsir avviż lill-kongregazzjoni mar-rapport tal-kontijiet li jmiss.
◼ Il-programm Transfusion-Alternative Health Care—Meeting Patient Needs and Rights (Kura tas-Saħħa Alternattiva għat-Trasfużjoni—Jiġu Rispettati l-Ħtiġijiet u d-Drittijiet tal-Pazjent) se jiġi kunsidrat f’Laqgħa tas-Servizz f’Jannar. Jekk hemm bżonn, għandkom tordnaw kopji tiegħu permezz tal-kongregazzjoni malajr kemm jistaʼ jkun.
◼ Donazzjonijiet li jsiru b’ċekk u li jintefgħu fil-kaxxi tal-kontribuzzjoni fis-Sala tas-Saltna lokali għax-xogħol madwar id-dinja u għall-Fond għas-Swali tas-Saltna jridu jintgħamlu pagabbli lill-“IBSA (Malta).”