LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 4/06 p. 4
  • Ittra Mingħand il-Ġemgħa li Tiggverna

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ittra Mingħand il-Ġemgħa li Tiggverna
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2006
Il-Ministeru tas-Saltna—2006
km 4/06 p. 4

Ittra Mingħand il-​Ġemgħa li Tiggverna

“Qalb tajba mhix mistħoqqa u paċi lilkom mingħand Alla Missierna u l-​Mulej Ġesù Kristu.” Din kienet it-​tislima li Pawlu uża f’ħafna mill-​ittri li kiteb lill-​kongregazzjonijiet. Tesprimi eżatt dak li nixtiequ għal kull wieħed u waħda minnkom.—Efes. 1:2.

Kemm aħna grati għall-​qalb tajba mhix mistħoqqa li jurina Ġeħova permezz tas-​sagrifiċċju bħala fidwa taʼ Ġesù Kristu! Permezz tal-​fidwa, aħna nistgħu nkunu approvati f’għajnejn Alla. Qatt ma nistgħu niksbu din l-​approvazzjoni bil-​ħila tagħna, inħabirku kemm inħabirku biex nistudjaw il-​Bibbja, nippridkaw l-​aħbar tajba, jew nagħmlu xogħlijiet tajbin oħrajn. Il-​maħfra taʼ dnubietna u l-​ħajja taʼ dejjem jingħatawlna, mhux bħala ħlas għall-​isforzi tagħna, imma bħala għotjiet li jirriflettu l-​qalb tajba mhix mistħoqqa taʼ Ġeħova permezz taʼ Ġesù Kristu.​—Rum. 11:6.

Pawlu kiteb lil sħabu fit-​twemmin: “Nitolbukom bil-​ħrara . . . biex ma taċċettawx il-​qalb tajba mhix mistħoqqa t’Alla u titilfu l-​iskop tagħha. Għax hu jgħid: ‘Fi żmien aċċettabbli smajtek, u f’jum taʼ salvazzjoni għentek.’ Ara! Issa speċjalment hu ż-​żmien aċċettabbli. Ara! Issa hu jum is-​salvazzjoni.” Kien hemm “żmien aċċettabbli” qabel il-​qerda taʼ Ġerusalemm fl-​ewwel seklu. Nies taʼ qalb onesta li kienu jħobbu lil Ġeħova ġew salvati spiritwalment. Dan wassal biex iktar tard dawk l-​uħud leali kollha li ħarbu minn Ġerusalemm qabel inqerdet fis-​sena 70 E.K. ġew salvati fiżikament.—2 Kor. 6:​1, 2.

Illum ukoll qed ngħixu fi “żmien aċċettabbli” u “jum taʼ salvazzjoni.” Dawk li jiġu aċċettati minn Ġeħova bħala l-​qaddejja tiegħu u li qegħdin jiġu salvati spiritwalment għandhom il-​prospett li jsalvaw fiżikament minn dan “il-​Jum il-​kbir tal-​Mulej” li issa hu tant viċin.​—Sof. 1:​14.

Il-jum li riesaq taʼ Ġeħova jpoġġilna responsabbiltà serja fuq spallejna. Mhux biss irridu nwissu lin-​nies dwaru imma rridu wkoll ngħinu lil uħud taʼ qalb onesta biex jibbenefikaw mill-​qalb tajba mhix mistħoqqa taʼ Ġeħova, sabiex b’hekk huma wkoll ikunu jistgħu jiġu salvati. Pawlu għaraf sewwa x’kienet tfisser din ir-​responsabbiltà. Hu kiteb: “Tassew, gwaj għalija jekk ma nxandarx l-​aħbar tajba!” Hu wera wkoll kif kien iħossu billi qal: “Jien midjun . . . kemm lejn l-​għorrief u kemm lejn il-​boloh; għalhekk, jien ħerqan li nxandar l-​aħbar tajba.”​—1 Kor. 9:16; Rum. 1:​14, 15.

Ġeħova se jżommna responsabbli jekk nittraskuraw dan ix-​xogħol vitali taʼ twissija. Aħna nafu x’qal Ġeħova lill-​profeta Eżekjel: “O bniedem, jiena [“għamiltek,” NW] għassies fuq dar Iżrael: kull meta tismaʼ kelma minn fommi, inti għandek twiddibhom f’ismi. Meta jiena ngħid lil xi bniedem ħażin: ‘Int tmut żgur’, jekk inti ma twiddibx il-​ħażin u ma tgħidlux biex jerġaʼ lura minn triqtu l-​ħażina ħalli huwa jgħix, il-​ħażin imut minħabba l-​ħażen tiegħu, imma jiena minn idejk infittex demmu.”​—Eżek. 3:​17, 18.

Dawn l-​aħħar jiem huma diffiċli biex issib tarfhom. M’huwiex faċli li tieħu ħsieb il-​kwistjonijiet tal-​familja, l-​attivitajiet sekulari, l-​attivitajiet tal-​kongregazzjoni, u l-​ippridkar b’mod bilanċjat. Barra minn hekk, ħafna minnkom ikollkom tħabbtu wiċċkom mal-​mard, id-​dipressjoni, ix-​xjuħija, u saħansitra l-​oppożizzjoni. Il-​biċċa l-​kbira minnkom tinsabu “mgħobbijin.” Nixtiequ ngħidulkom li aħna nħossu għalikom, fi qbil maʼ dak li qal Ġesù: “Ejjew għandi, intom ilkoll li mħabbtin u mgħobbijin, u jien inserraħkom.” (Mt. 11:28) Minn qalbna nixtiequ ngħidu prosit lilkom ilkoll li tagħmlu tant sforz biex tibqgħu taqdu lil Ġeħova lealment minkejja l-​isfidi kbar u żgħar li tiffaċċjaw.

B’riżultat taʼ l-​attività żeluża tagħkom fl-​ippridkar u t-​tagħlim, kif ukoll minħabba l-​barka taʼ Ġeħova, kull ġimgħa jitgħammdu medja taʼ 4,762 persuna madwar id-​dinja. Matul l-​aħħar sena taʼ servizz, ġew ifformati 1,375 kongregazzjoni ġdida. Nittamaw u nitolbu li l-​ktieb il-​ġdid Il-​Bibbja X’Tgħallem Verament?, li diġà ġie pubblikat b’iktar minn 120 lingwa, se jkun t’għajnuna għal miljuni taʼ nies biex jibbenefikaw mill-​qalb tajba mhix mistħoqqa u l-​paċi mingħand Ġeħova matul dan il-​“jum taʼ salvazzjoni.”

Ibqgħu żguri li ħutkom fil-​Ġemgħa li Tiggverna jħobbukom u jitolbu għalikom. Nixtiequ wkoll nirringrazzjawkom talli titolbu għalina.

Ħutkom,

Il-Ġemgħa li Tiggverna tax-​Xhieda taʼ Ġeħova

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja