LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 5/06 p. 1
  • ‘Ibqaʼ Miexi Warajja’

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • ‘Ibqaʼ Miexi Warajja’
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2006
  • Materjal Simili
  • Għala Tissagrifika Lilek Innifsek?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • Ma Ngħixux Iktar Għalina Nfusna
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Imita lil Ġesù Billi Tkun Lest li Tgħin lil Oħrajn
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
  • Segwi Lil Ġesù Kontinwament
    Il-Ministeru tas-Saltna—1997
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2006
km 5/06 p. 1

‘Ibqaʼ Miexi Warajja’

1 Ħafna nies jiċċentraw ħajjithom fuq li jikkuntentaw lilhom infushom, madankollu spiss ma jkunux ferħanin. B’kuntrast maʼ dan, Ġesù ssuġġerixxa li meta wieħed jagħti mingħajr egoiżmu se jkollu l-​hena veru. (Atti 20:35) Hu qal: “Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, ħa jiċħad lilu nnifsu . . . u jibqaʼ miexi warajja.” (Mk. 8:​34) Dan jinvolvi iktar milli niċċaħħdu minn ċerti pjaċiri minn żmien għal żmien. Pjuttost, dan ifisser li ngħixu kull ġurnata sabiex nogħġbu lil Ġeħova, u mhux lilna nfusna.​—Rum. 14:8; 15:3.

2 Ikkunsidra l-​eżempju taʼ Pawlu. “Minħabba l-​valur imprezzabbli taʼ l-​għarfien dwar Kristu Ġesù,” Pawlu waqaf milli jiġri wara xewqat persunali u ddedika ħajtu biex b’żelu javanza l-​interessi tas-​Saltna. (Flp. 3:​7, 8) “Min-​naħa tiegħi,” qal hu, “b’ferħ kbir nonfoq u nintefaq” biex naqdi lil ħaddieħor. (2 Kor. 12:15) Kull wieħed minna jagħmel tajjeb li jistaqsi: ‘Jien kif qiegħed nuża l-​ħin, l-​enerġija, l-​abbiltajiet, u r-​riżorsi tiegħi? Qiegħed iffokat biex navanza l-​interessi tiegħi, jew qiegħed infittex li nogħġob lil Ġeħova?’

3 Opportunitajiet biex Tagħti: Kull sena, il-​poplu t’Alla jiddedika iktar minn biljun siegħa fix-​xogħol taʼ l-​ippridkar tas-​Saltna li jsalva l-​ħajjiet tan-​nies. Ġewwa l-​kongregazzjoni, kemm iż-​żgħar u kemm il-​kbar iwettqu inkarigi differenti sabiex jibbenefika ħaddieħor. Hemm ukoll ħafna xogħol li jrid isir b’konnessjoni maʼ l-​assembleat u l-​konvenzjonijiet kif ukoll fil-​kostruzzjoni u l-​manutenzjoni taʼ bini użat biex javanza l-​qima pura. U aħseb ftit dwar l-​għajnuna bi mħabba li jipprovdulna l-​aħwa li jaqdu fil-​Kumitati taʼ Koordinazzjoni maʼ l-​Isptarijiet jew li huma membri tal-​Gruppi li Jżuru lill-​Pazjenti. Dawn is-​sagrifiċċji u l-​isforzi persunali huma barka għall-​fratellanza Kristjana tagħna!—Salm 110:​3, Saydon.

4 Jistgħu jinqalgħu opportunitajiet biex nagħtu minna nfusna b’modi differenti meta jkun hemm xi diżastru jew xi emerġenza. Madankollu, spiss nistgħu sempliċement nindunaw li xi ħadd minn sħabna l-​Kristjani għandu bżonn l-​għajnuna jew l-​inkuraġġiment. (Prov. 17:17) Meta noffru lilna nfusna minn jeddna biex naqdu lil oħrajn u navanzaw l-​interessi tas-​Saltna nkunu qed nimxu fuq l-​eżempju taʼ Ġesù. (Flp. 2:​5-8) Jalla nistinkaw biex nagħmlu dan kontinwament.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja