Reviżjoni taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
Il-mistoqsijiet li ġejjin se jiġu diskussi fl-Iskola tal-Ministeru Teokratiku matul il-ġimgħa li tibda fis-26 taʼ Ġunju, 2006. L-indokratur taʼ l-iskola se jikkonduċi reviżjoni taʼ 30 minuta bbażata fuq il-materjal li ġie mgħoddi fl-inkarigi għall-ġimgħat taʼ l-1 taʼ Mejju sas-26 taʼ Ġunju, 2006. [Nota: Fejn m’hemmx referenzi wara l-mistoqsija, ikollok bżonn tagħmel riċerka int innifsek biex issib it-tweġibiet.—Ara Ministry School, pġi. 36-7.]
KWALITAJIET TAD-DISKORS
1. Il-kelliemi kif jistaʼ jadatta ruħu skond il-bżonn meta jkun qed jitkellem? [ht pġ. 21 par. 4]
2. L-istudent kif jistaʼ jinduna jekk il-volum tiegħu huwiex għoli biżżejjed? [ht pġ. 22 par. 9]
3. Il-pawsi għala huma importanti daqs li wieħed jitkellem b’volum għoli biżżejjed? [ht pġ. 23 par. 13]
4. Għala hemm bżonn taʼ pawsa meta tkun se tbiddel is-suġġett? [ht pġ. 24 pari. 22, 24]
5. Għala għandna nidderieġu l-attenzjoni taʼ dawk li jisimgħuna lejn il-Bibbja? [ht pġ. 26 par. 1]
INKARIGU NRU. 1
6. Ġesù b’liema mod hu l-“Mulej tas-sibt”? [gt kap. 31]
7. Min huma bħal qasba mbenġla u ftila tnemnem, u Ġesù kif jittrattahom? [gt kap. 33]
8. Meta Proverbji 13:16 jitkellem dwar bniedem għaqli, qiegħed jiddeskrivi lil xi ħadd makakk? Spjega. [w04 7/15 pġ. 28 pari. 3-4]
9. Kif tistaʼ tiftakar l-ismijiet taʼ l-appostli? [gt kap. 34]
10. F’liema sens ġej Ġesù, u għal liema miġja kien qed jirreferi f’Mattew 16:28? [w04 3/1, kaxxa f’pġ. 16]
QARI TAL-BIBBJA TAʼ KULL ĠIMGĦA
11. X’nistgħu nitgħallmu mir-risposta li ta Ġob lil Ġeħova f’Ġob 42:1-6? [w06 3/15 “Il-Kelma taʼ Ġeħova Hi Ħajja—Punti Prinċipali mill-Ktieb taʼ Ġob”]
12. Il-ġnus dwar liema “ħwejjeġ fiergħa” jibqgħu jreddnu? (Salm 2:1, 2, Karm Żammit) [w06 5/15 “Il-Kelma taʼ Ġeħova Hi Ħajja—Punti Prinċipali mill-Ewwel Ktieb tas-Salmi”]
13. Liema sisien inqalbu? (Salm 11:3) [w06 5/15 “Il-Kelma taʼ Ġeħova Hi Ħajja—Punti Prinċipali mill-Ewwel Ktieb tas-Salmi”]
14. Min hu kburi kif se ‘jitħallas biż-żjieda’? (Salm 31:24, Saydon [Salm 31:23, New World Translation]) [w06 5/15 “Il-Kelma taʼ Ġeħova Hi Ħajja—Punti Prinċipali mill-Ewwel Ktieb tas-Salmi”]
15. X’faraġ nistgħu niksbu minn Salm 40 li jistaʼ jgħinna nkampaw maʼ l-imperfezzjoni tal-ġisem midneb tagħna u d-diversi gwajijiet li jiġu fuqna f’din is-sistema t’affarijiet? (Salm 40:2, 3, 6, 13 [Salm 40:1, 2, 5, 12, NW]) [w06 5/15 “Il-Kelma taʼ Ġeħova Hi Ħajja—Punti Prinċipali mill-Ewwel Ktieb tas-Salmi”]