LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 4/07 p. 7
  • Avviżi

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Avviżi
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2007
Il-Ministeru tas-Saltna—2007
km 4/07 p. 7

Avviżi

◼ Offerta taʼ letteratura għal April: Offri l-​ktieb Hena Fil-​Familja. Mejju: Se jiġu offruti kopji individwali tat-​Torri taʼ l-​Għassa u taʼ l-​Awake! Meta terġaʼ żżur lil nies interessati, inkluż dawk li jattendu t-​Tifkira u/jew xi attivitajiet teokratiċi oħrajn iżda li m’humiex jissieħbu b’mod attiv mal-​kongregazzjoni, stinka biex tħallilhom il-​ktieb Il-​Bibbja X’Tgħallem?, bil-​mira li tibda studju tal-​Bibbja. Ġunju: Offri l-​ktieb Hena Fil-​Familja. Lulju: Jistaʼ jintuża kwalunkwe browxer taʼ 32 paġna minn dawn li ġejjin: Veru li Alla Jimpurtah Minna?, Gawdi l-​Ħajja fuq l-​Art Għal Dejjem!, Ibqaʼ Għassa!, “Ħares! Qed Nagħmel l-​Affarijiet Kollha Ġodda,” Għandek Int Temmen fit-​Trinità?, X’Jiġrilna meta Mmutu?, X’Inhu l-​Iskop tal-​Ħajja-Kif Tistaʼ Ssibu?, Meta Xi Ħadd Li Tħobb Imut, jew browxers magħżulin oħrajn li jkunu adattati għat-​territorju tiegħek.

◼ B’seħħ minn April, il-​badges tal-​konvenzjoni distrettwali għall-​2007 se jkunu inklużi awtomatikament mal-​letteratura li tasal bil-​baħar. Mhux se jkun hemm bżonn li dawn jiġu ordnati sakemm ma jkunx hemm grupp taʼ lingwa barranija msieħeb mal-​kongregazzjoni tiegħek. Jekk il-​kongregazzjoni jkollha bżonn iktar badges, dawn għandhom jiġu ordnati fuq il-​Literature Request Form (S-14). Il-​plastik fejn jinżammu l-​badges għandu jiġi ordnat għal dawk kollha fil-​kongregazzjoni li jixtiquh.

◼ Is-​segretarji tal-​kongregazzjonijiet għandhom iżommu provvista adegwata tal-​formoli Applikazzjoni għas-​Servizz taʼ Pijunier Regulari (S-205-MT) u Applikazzjoni għas-​Servizz taʼ Pijunier Awżiljarju (S-205b-MT). Dawn jistgħu jinkisbu permezz tal-​Literature Request Form (S-14). Żommu provvista minn taʼ l-​inqas għal sena sħiħa. Qabel ma jintbagħtu l-​formoli għall-​applikazzjoni taʼ pijunier regulari fl-​uffiċċju lokali, kunu ċerti li l-​mistoqsijiet kollha jkunu ġew imweġbin.

◼ Huwa neċessarju li l-​uffiċċju lokali jkollu rekord aġġornat taʼ l-​indirizzi u n-​numri tat-​telefon taʼ l-​indokraturi li jippresiedu u s-​segretarji kollha. Jekk f’xi żmien ikun hemm xi bidla, il-​Kumitat tas-​Servizz tal-​Kongregazzjoni għandu jimla, jiffirma, u jibgħat il-​formola Presiding Overseer/Secretary Change of Address (S-29) lill-​uffiċċju lokali mill-​ewwel.

◼ Kulmeta l-​pjanijiet biex tivvjaġġa jinkludu li tattendi l-​laqgħat tal-​kongregazzjoni, xi assemblea, jew xi konvenzjoni distrettwali f’pajjiż ieħor, ir-​rikjesta tiegħek għall-​informazzjoni fuq id-​dati, il-​ħinijiet, u l-​postijiet fejn dawn isiru, trid tkun diretta lill-​uffiċċju tal-​fergħa li jieħu ħsieb ix-​xogħol f’dak il-​pajjiż. L-​indirizzi taʼ l-​uffiċċji tal-​fergħa jinsabu mniżżlin fl-​aħħar paġna tal-​Yearbook kurrenti.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja