Avviżi
◼ Offerta taʼ letteratura għal Mejju: Se jiġu offruti kopji individwali tat-Torri taʼ l-Għassa u taʼ l-Awake! Meta terġaʼ żżur lil nies interessati, inkluż dawk li jattendu t-Tifkira u/jew xi attivitajiet teokratiċi oħrajn iżda li m’humiex jissieħbu b’mod attiv mal-kongregazzjoni, stinka biex tħallilhom il-ktieb Il-Bibbja X’Tgħallem?, bil-mira li tibda studju tal-Bibbja. Ġunju: Offri l-ktieb Hena Fil-Familja. Lulju u Awissu: Jistaʼ jintuża kwalunkwe browxer taʼ 32 paġna minn dawn li ġejjin: Veru li Alla Jimpurtah Minna?, Gawdi l-Ħajja fuq l-Art Għal Dejjem!, Ibqaʼ Għassa!, “Ħares! Qed Nagħmel l-Affarijiet Kollha Ġodda,” Għandek Int Temmen fit-Trinità?, X’Jiġrilna meta Mmutu?, X’Inhu l-Iskop tal-Ħajja—Kif Tistaʼ Ssibu?, Meta Xi Ħadd Li Tħobb Imut, jew browxers magħżulin oħrajn li jkunu adattati għat-territorju tiegħek.
◼ Il-ġemgħat taʼ l-anzjani għandhom jirrivedu l-ittra tal-25 taʼ Settembru, 2006, rigward it-tħejjijiet għal diżastri u jkunu ċerti li għandhom informazzjoni aġġornata dwar kif jistgħu jikkuntattjaw lil kull pubblikatur. Fi nħawi fejn isiru d-diżastri, għandha tinkiseb iktar informazzjoni dwar il-kuntatti li għandhom isiru f’każ t’emerġenza. M’għandniex xi ngħidu, għal iktar sitwazzjonijiet t’emerġenza, ikun t’għajnuna meta l-pubblikaturi jgħidu lill-indokratur taʼ l-Istudju tal-Ktieb tal-Kongregazzjoni tagħhom jew lil xi anzjan ieħor jekk mhux se jkunu d-dar għal perijodu twil taʼ żmien, bħal meta jkunu se jivvjaġġaw għal btala jew fuq xogħol, se jqattgħu xi żmien l-isptar, u affarijiet bħal dawn.