Reviżjoni taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
Il-mistoqsijiet li ġejjin se jiġu diskussi fl-Iskola tal-Ministeru Teokratiku matul il-ġimgħa li tibda fis-27 t’Awissu, 2007. L-indokratur taʼ l-iskola se jikkonduċi reviżjoni taʼ 30 minuta bbażata fuq il-materjal li ġie mgħoddi fl-inkarigi għall-ġimgħat tat-2 taʼ Lulju sas-27 t’Awissu, 2007.
KWALITAJIET TAD-DISKORS
1. Il-varjetà fil-pass kif issebbaħ taħdita? [ht pġ. 65 par. 16]
2. Il-modulazzjoni għala għandha tkun adattata għall-ħsieb jew l-emozzjoni? [ht pġ. 66 pari. 21, 24]
3. Il-materjal fit-taħdita taʼ dak li jkun x’effett għandu fuq l-entużjażmu fl-għoti tat-taħdita? [ht pġ. 68 pari. 6-7]
4. Il-kordjalità kif tistaʼ tintwera fl-espressjonijiet tal-wiċċ? [ht pġ. 70 pari. 13-14]
5. It-tixbihat x’jagħmlulha lil taħdita? [ht pġ. 72 par. 1]
INKARIGU NRU. 1
6. Ġesù x’jara minn fuq il-muntanja li fuqha rtira, u mbagħad x’jagħmel? [gt kap. 53 pari. 3-4]
7. Semmi kwalità waħda li hi essenzjali għal persuna biex tissaporti inġustizzja. [w05 6/1 pġ. 29 par. 4]
8. Il-Kristjani veri għala ma jużawx is-salib fil-qima? [bh App. pġ. 204 par. 4; pġ. 205 par. 2]
9. Il-Lhud għala jgemgmu meta Ġesù jgħid li hu l-ħobż veru mis-sema? [gt kap. 54, par. 8]
10. Ġesù x’jirrivela li huma l-affarijiet li jniġġsu lil bniedem? [gt kap. 56, par. 10]
QARI TAL-BIBBJA TAʼ KULL ĠIMGĦA
11. F’Eżekjel 9:2-4, x’jirrappreżenta r-raġel liebes l-għażel, u ‘l-marka fuq l-iġbna’ xi tfisser? [w89 1/1 pġ. 8 par. 18]
12. Il-mexxejja reliġjużi tal-Kristjaneżmu kif inhuma bħall-“profeti boloh, li [kienu qed] jiġru wara l-ħolm taʼ moħħhom,” deskritti f’Eżekjel 13:3? [w99 10/1 pġ. 13]
13. Meta lissnu l-“proverbju” mniżżel f’Eżekjel 18:2, l-Iżraelin x’kienu qed jipprovaw jagħmlu, u liema lezzjoni importanti hija enfasizzata dwar il-fatt li riedu jagħtu kont? [w89 1/1 pġ. 9 par. 10]
14. Eżekjel f’liema sens sar “imbikkem,” jew mutu, fi żmien l-assedju u l-qerda taʼ Ġerusalemm? (Eżek. 24:27; 33:22) [w03 12/1 pġ. 29]
15. Min hu ‘Gog taʼ l-art taʼ Magog,’ u meta jmur biex jeqred lill-poplu taʼ Ġeħova? (Eżek. 38:2, 16) [w97 3/1 pġ. 26 par. 1–pġ. 27 par. 3]