LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 4/08 p. 7
  • Avviżi

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Avviżi
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2008
Il-Ministeru tas-Saltna—2008
km 4/08 p. 7

Avviżi

◼ Offerta għal Mejju: Traduzzjoni tad-​Dinja l-​Ġdida taʼ l-​Iskrittura Griega Kristjana (bi7-MT). Ġunju: Qim lill-​Uniku Alla Veru flimkien mat-​Traduzzjoni tad-​Dinja l-​Ġdida taʼ l-​Iskrittura Griega Kristjana (bi7-MT). Lulju: Jistaʼ jintuża kwalunkwe browxer taʼ 32 paġna minn dawn li ġejjin: Gawdi l-​Ħajja fuq l-​Art Għal Dejjem!, Għandek Int Temmen fit-​Trinità?, “Ħares! Qed Nagħmel l-​Affarijiet Kollha Ġodda,” Ibqaʼ Għassa!, Meta Xi Ħadd Li Tħobb Imut, Veru li Alla Jimpurtah Minna?, X’Inhu l-​Iskop tal-​Ħajja—Kif Tistaʼ Ssibu?, u X’Jiġrilna Meta Mmutu?, jew browxers magħżulin oħrajn li jistgħu jkunu adattati għat-​territorju tiegħek.

◼ B’seħħ minn April, il-​badges tal-​konvenzjoni distrettwali għall-​2008 se jkunu inklużi awtomatikament mal-​letteratura li tasal bil-​baħar. Mhux se jkun hemm bżonn li dawn jiġu ordnati. Jekk il-​kongregazzjoni jkollha bżonn iktar badges, dawn għandhom jiġu ordnati billi tintuża l-​Literature Request Form (S-14). Il-​plastik fejn jinżammu l-​badges għandu jiġi ordnat għal dawk kollha fil-​kongregazzjoni li jixtiquh.

◼ Kulmeta l-​pjanijiet biex tivvjaġġa jinkludu li tattendi l-​laqgħat tal-​kongregazzjoni, xi assemblea, jew xi konvenzjoni distrettwali f’pajjiż ieħor, ir-​rikjesta tiegħek għall-​informazzjoni fuq id-​dati, il-​ħinijiet, u l-​postijiet fejn dawn isiru, trid tkun diretta lill-​uffiċċju tal-​fergħa li jieħu ħsieb ix-​xogħol f’dak il-​pajjiż. L-​indirizzi taʼ l-​uffiċċji tal-​fergħa jinsabu mniżżlin fl-​aħħar paġna tal-​Yearbook kurrenti.

◼ Peress li l-​Ħamis l-​1 taʼ Mejju huwa festa pubblika, dan ikun jum eċċellenti biex nieħdu sehem fil-​ministeru taʼ l-​għalqa. L-​indokratur tas-​servizz jistaʼ jibni l-​entużjażmu għal dan l-​arranġament billi jinkuraġġixxi lil kulmin jistaʼ biex jattendi l-​laqgħa għas-​servizz taʼ l-​għalqa mħejjija għal dan il-​jum.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja