Reviżjoni taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
Il-mistoqsijiet li ġejjin se jiġu diskussi fl-Iskola tal-Ministeru Teokratiku matul il-ġimgħa li tibda fit-27 t’April, 2009. L-indokratur taʼ l-iskola se jikkonduċi reviżjoni t’20 minuta bbażata fuq il-materjal li ġie mgħoddi fl-inkarigi għall-ġimgħat tat-2 taʼ Marzu sas-27 t’April, 2009.
1. Ġużeppi kif irreżista t-tentazzjoni taʼ kuljum li qamet madwaru? (Ġen. 39:7-12) [lv pġ. 105 par. 18–pġ. 106 par. 20]
2. X’tindika l-Bibbja rigward iċ-ċelebrazzjonijiet t’għeluq is-snin? (Ġen. 40:20-22) [lv pġ. 150 par. 9–pġ. 151 par. 11]
3. Ġużeppi kif inhu eżempju eċċellenti meta niġu biex naħfru lil dawk li dinbu kontrina? (Ġen. 45:4, 5) [w99 1/1 pġ. 31 pari. 2-3]
4. Il-kliem taʼ Ġużeppi x’effett ħalla meta qal: “Tridu ttellgħu l-għadam tiegħi minn hawnhekk”? (Ġen. 50:25) [w07 6/1 pġ. 28 par. 10]
5. X’jistaʼ jagħtina fiduċja meta nirċievu inkarigu taʼ sfida? (Eżo. 4:10, 13) [w04 3/15 pġ. 25 par. 4]
6. Xi rriżulta mill-mod kif Ġeħova ttratta mal-Fargħun, u dawn il-ġrajjiet kif għandhom jeffettwaw lilna? (Eżo. 9:13-16) [w05 5/15 pġ. 21 par. 8]
7. Eżodu 14:30, 31 x’tifsir għandu għal-lum? [w04 3/15 pġ. 26 par. 5]
8. Bħalma nistgħu naraw minn Eżodu 16:1-3, liema perikli hemm fit-tgergir? [w93-E 3/15 pġ. 20 par. 2–pġ. 21 par. 2]
9. Fi qbil maʼ dak li jgħid il-Patt tal-Liġi f’Eżodu 19:5, 6, sa liema punt setaʼ jingħad li Israel kienet “saltna taʼ qassisin u ġens qaddis”? [w95 7/1 pġ. 23 par. 8]
10. L-għaxar kmandament rigward ix-xenqa b’liema mod hu aqwa mil-liġijiet magħmulin mill-bniedem? (Eżo. 20:17) [w06 6/15 pġ. 23-24 par. 16]