Avviżi
◼ Offerta taʼ letteratura mill-1-20 t’Awwissu: Kwalunkwe browxer taʼ 32 paġna li l-kongregazzjoni għandha maħżun u li hu adattat għall-bżonnijiet speċifiċi tal-inkwilin. 21 t’Awwissu–10 taʼ Settembru: Kampanja biex nirreklamaw il-Konvenzjoni Distrettwali billi nużaw il-fuljett Kif Tistaʼ Tibqaʼ Ħaj fl-Aħħar tad-Dinja? 11-30 taʼ Settembru: Il-Bibbja X’Tgħallem Verament? Kulfejn ikun possibbli l-pubblikaturi se jagħmlu ħilithom biex jibdew Studji tal-Bibbja fl-ewwel żjara meta din il-pubblikazzjoni titħalla għand l-inkwilin. Uri kif l-inkwilini jistgħu jibbenefikaw minnha billi tagħmel turija qasira taʼ studju tal-Bibbja. Ottubru: Ir-rivisti Torri tal-Għassa u Stenbaħ! Fejn jintwera l-interess ippreżenta u ddiskuti l-fuljett Tixtieq Tkun Taf il-Verità? Jekk l-inkwilini diġà għandhom il-fuljett, il-pubblikaturi għandhom jagħmlu ħilithom biex jibdew studju tal-Bibbja. Novembru: Il-Bibbja X’Tgħallem Verament? Jekk l-inkwilini diġà għandhom il-ktieb, il-pubblikaturi jistgħu joffru kwalunkwe ktieb taʼ 192 paġna li hu stampat fuq karta li titlef il-kulur jew kwalunkwe ktieb pubblikat qabel l-1995.