Reviżjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
Il-mistoqsijiet li ġejjin se jiġu kunsidrati fl-Iskola tal-Ministeru Teokratiku matul il-ġimgħa li tibda fis-26 t’Ottubru, 2009.
1. Ladarba kien Ġeħova li qal lil Balgħam biex imur mal-irġiel taʼ Balak, Ġeħova għala rrabja maʼ Balgħam meta mar magħhom? (Num. 22:20-22) [w04 8/1 pġ. 27 par. 2]
2. Il-fatt li Fineħas “ma ttollera . . . ebda rivalità” lejn Ġeħova kif jgħinna nirriflettu fuq id-dedikazzjoni tagħna lil Alla? (Num. 25:11) [w95 3/1 pġ. 30 par. 13]
3. Ġożwè għala ntgħażel bħala s-suċċessur taʼ Mosè? (Num. 27:15-19) [w02 12/1 pġ. 12 par. 1]
4. Numri 31:27 kif jistaʼ jinkuraġġixxi lill-Kristjani llum? [w05 3/15 pġ. 24]
5. L-arranġament tal-bliet tar-refuġju b’liema modi bbenefika lin-nies f’Israel? (Num. 35:11, 12) [w95 12/1 pġ. 12 par. 17]
6. Id-diskrezzjoni, jew l-għaqal, għala hi kwalità Kristjana importanti, u x’jirriżulta minnha? (Dt. 1:13) [w03 1/15 pġ. 30; w00 10/1 pġ. 32 pari. 1-3]
7. Il-Liġi Mosajka b’liema modi esprimiet is-sewwa t’Alla? (Dt. 4:8) [w02 6/1 pġ. 14 par. 8–pġ. 15 pari. 9-10]
8. Spjega l-mod tajjeb u l-mod ħażin kif tgħaddi lil Ġeħova minn prova, f’armonija maʼ Dewteronomju 6:16-18. [w04 9/15 pġ. 27 par. 1]
9. Il-ħtiġijiet tal-Israelin kif kienu ġew sodisfati b’dak li qal Ġeħova, u dak li qal kif jistaʼ jmantnina llum? (Dt. 8:3) [w99 8/15 pġi. 25-26]
10. Dewteronomju 12:16, 24 kif jeffettwa l-ħarsa tagħna lejn il-proċeduri mediċi li jinvolvu li wieħed juża demmu stess? [w00 10/15 pġ. 30 par. 7]