LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 3/10 p. 4
  • Avviżi

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Avviżi
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2010
Il-Ministeru tas-Saltna—2010
km 3/10 p. 4

Avviżi

◼ Offerta taʼ letteratura għall-​1-​12 u 31 taʼ Marzu: Il-​Bibbja X’Tgħallem Verament? Il-​pubblikaturi għandhom ikollhom f’moħħhom li jibdew studju tal-​Bibbja fejn ikunu ħallew dan il-​ktieb jew meta l-​inkwilini diġà jkollhom kopja tiegħu fid-​dar. 13-​30 taʼ Marzu: Kampanja speċjali biex jitqassam l-​invit għat-​Tifkira. April u Mejju: Ir-​rivisti It-​Torri tal-​Għassa u Stenbaħ! Meta terġaʼ żżur lil nies li juru interess, inkluż dawk li jattendu għat-​Tifkira jew xi attivitajiet teokratiċi oħrajn iżda li mhumiex jissieħbu b’mod attiv mal-​kongregazzjoni, stinka biex tħallilhom il-​ktieb Il-​Bibbja X’Tgħallem Verament? Il-​mira għandha tkun li jinbeda studju tal-​Bibbja. Ġunju: Il-​Bibbja X’Tgħallem Verament? Jekk l-​inkwilini jkollhom il-​ktieb diġà, imbagħad offri pubblikazzjoni iktar antika li l-​kongregazzjoni jistaʼ jkollha maħżuna.

◼ Malli jaslu l-​ħarġiet ġodda tat-​Torri tal-​Għassa u Stenbaħ!, għandhom jitqassmu lill-​pubblikaturi, biex b’hekk ikollhom ċans isiru midħla taʼ dak li jkun fihom qabel ma joffru r-​rivisti fis-​servizz tal-​għalqa.

◼ It-​Tifkira se tinżamm nhar it-​Tlieta, 30 taʼ Marzu, 2010. Jekk il-​kongregazzjoni tagħkom normalment ikollha l-​laqgħa nhar taʼ Tlieta, din għandha tinżamm f’ġurnata oħra tal-​ġimgħa. Fil-​każ li ħafna kongregazzjonijiet jużaw is-​Sala tas-​Saltna u l-​laqgħa ma tkunx tistaʼ tinżamm ġurnata oħra, il-​laqgħa tistaʼ tiġi kanċellata. It-​taħditiet fil-​Laqgħa tas-​Servizz li japplikaw b’mod partikulari għall-​kongregazzjoni tagħkom jistgħu jiġu inklużi f’Laqgħa tas-​Servizz oħra.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja