LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 10/11 pp. 3-6
  • Qed Titgħallem Dak Kollu li Tistaʼ Mingħand Ġeħova?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Qed Titgħallem Dak Kollu li Tistaʼ Mingħand Ġeħova?
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2011
  • Materjal Simili
  • L-Iskejjel Teokratiċi—Evidenza tal-Imħabba taʼ Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2012
  • Jitħarrġu l-predikaturi tas-Saltna
    Is-Saltna t’Alla qed taħkem!
  • Modi kif tkabbar il-ministeru tiegħek
    Organizzati biex Nagħmlu r-Rieda ta’ Ġeħova
  • Skola li l-Gradwati Tagħha Jgħinu lin-Nies Madwar id-Dinja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2011
km 10/11 pp. 3-6

Qed Titgħallem Dak Kollu li Tistaʼ Mingħand Ġeħova?

1. Ġeħova kif iħossu dwar it-​tagħlim?

1 Ġeħova, “l-​Istruttur Grandjuż” tagħna, iridna nkunu nies mgħallmin. (Is. 30:20) Hu beda jgħallem wara li ħalaq lill-​ewwel Iben imwieled tiegħu. (Ġw. 8:28) Wara r-​ribelljoni t’Adam, Ġeħova ma waqafx jgħallem, imma bi mħabba ta istruzzjonijiet lill-​bnedmin imperfetti.—Is. 48:17, 18; 2 Tim. 3:14, 15.

2. Liema kampanja edukattiva qed issir bħalissa?

2 Illum, Ġeħova qed jidderieġi l-​akbar kampanja edukattiva fl-​istorja. Bħalma pprofetizza Isaija, miljuni madwar id-​dinja qed jiġru lejn “il-​muntanja [figurattiva] tad-​dar taʼ Ġeħova.” (Is. 2:2) Għala għandna niġru lejha? Biex nitgħallmu t-​triqat t’Alla, iva biex niġu mgħallmin minn Ġeħova! (Is. 2:3) Matul is-​sena taʼ servizz 2010, ix-​Xhieda taʼ Ġeħova qattgħu iktar minn 1.6 biljun siegħa jagħtu xhieda u jgħallmu lin-​nies il-​verità tal-​Bibbja. Barra minn dan, kull ġimgħa jingħata tagħlim spiritwali f’iktar minn 105,000 kongregazzjoni madwar id-​dinja, u l-​ilsir leali u għaqli qed jipproduċi pubblikazzjonijiet Kristjani edukattivi b’iktar minn 500 lingwa.

3. Int kif ibbenefikajt personalment mill-​edukazzjoni li jagħti Ġeħova?

3 Ibbenefika bis-​Sħiħ: Kemm ibbenefikajna mill-​edukazzjoni divina! Tgħallimna li Alla għandu isem u li jimpurtah minna. (Salm 83:18; 1 Pt. 5:6, 7) Sirna nafu t-​tweġibiet għall-​mistoqsijiet l-​iktar importanti tal-​ħajja: In-​nies għala jsofru u jmutu? Kif nistaʼ nsib l-​hena veru? X’inhu l-​iskop tal-​ħajja? Ġeħova tana wkoll gwida morali li tgħinna ‘nirnexxu fi triqitna.’—Ġoż. 1:8.

4. X’inhuma xi opportunitajiet edukattivi li huma disponibbli għall-​qaddejja t’Alla, u għala għandna nitgħallmu dak kollu li nistgħu mingħand Ġeħova?

4 Barra minn hekk, Ġeħova jagħmel disponibbli edukazzjoni speċifika biex jgħin lil ħafna mill-​qaddejja tiegħu jkabbru s-​servizz tagħhom. F’paġni 4-​6 hemm lista taʼ opportunitajiet li huma disponibbli għal xi wħud. Anki jekk iċ-​ċirkustanzi tagħna jżommuna lura milli nirċievu t-​taħriġ li hemm imniżżel, qegħdin aħna nieħdu vantaġġ sħiħ mill-​edukazzjoni divina li hi disponibbli għalina? Qegħdin ninkuraġġixxu liż-​żgħażagħ, li spiss ikunu taħt pressjoni mill-​għalliema tal-​iskola u minn oħrajn biex ikomplu jieħdu edukazzjoni dinjija iktar għolja, biex minflok jagħmlu miri spiritwali u jkomplu jieħdu l-​ogħla edukazzjoni—l-​edukazzjoni divina? Li nitgħallmu dak kollu li nistgħu mingħand Ġeħova se jgħinna ngawdu ħajja hienja issa u ħajja taʼ dejjem fil-​futur.—Salm 119:105; Ġw. 17:⁠3.

Xi Opportunitajiet Edukattivi Disponibbli Permezz tal-​Organizzazzjoni taʼ Ġeħova

Lezzjonijiet għall-​Qari u l-​Kitba

• Skop: Biex jgħallmu lin-​nies kif jaqraw u jiktbu sabiex ikunu jistgħu jagħmlu studju tal-​Bibbja persunali u jgħallmu l-​verità lil oħrajn.

• Kemm Idumu: Skont il-​bżonn.

• Post: Sala tas-​Saltna lokali.

• Min Jistaʼ Jattendi: Il-​pubblikaturi u l-​uħud interessati kollha.

• Kif Tapplika: L-​anzjani tal-​kongregazzjoni jorganizzaw lezzjonijiet għall-​qari u l-​kitba skont il-​bżonn lokali, u jinkuraġġixxu lil kull min jistaʼ jibbenefika biex jattendi.

L-​Iskola tal-​Ministeru Teokratiku

• Skop: Biex tħarreġ lill-​pubblikaturi jkunu predikaturi u għalliema effettivi tal-​aħbar tajba.

• Kemm Iddum: Kontinwa.

• Post: Sala tas-​Saltna lokali.

• Min Jistaʼ Jinkiteb Fiha: Il-​pubblikaturi kollha. Ukoll, oħrajn li qed jassoċjaw regolarment mal-​kongregazzjoni, li jaqblu mat-​tagħlim tal-​Bibbja, u li ħajjithom hi fi qbil mal-​prinċipji Kristjani.

• Kif Tapplika: Kellem lill-​indokratur tal-​Iskola tal-​Ministeru Teokratiku.

Lezzjonijiet taʼ Lingwa Barranija

• Skop: Biex tgħallem lill-​pubblikaturi kif jippritkaw l-​aħbar tajba b’lingwa barranija.

• Kemm Idumu: Erbaʼ jew ħames xhur. Normalment il-​lezzjonijiet isiru s-​Sibt filgħodu u jdumu siegħa jew sagħtejn.

• Post: Ġeneralment f’Sala tas-​Saltna fil-​viċin.

• Min Jistaʼ Jinkiteb: Pubblikaturi t’eżempju tajjeb li jixtiequ jippritkaw b’lingwa barranija.

• Kif Tapplika: Il-​lezzjonijiet jiġu organizzati mill-​uffiċċju tal-​fergħa skont il-​bżonn.

Kostruzzjoni tas-​Swali tas-​Saltna

• Skop: Biex jibnu u jirrinnovaw Swali tas-​Saltna. Din mhijiex skola, imma b’dan l-​arranġament il-​volontieri jiġu mgħallmin diversi snajjaʼ sabiex ikunu jistgħu jgħinu fil-​proġetti taʼ bini.

• Kemm Iddum: Skont iċ-​ċirkustanzi tal-​volontier.

• Post: Kullimkien fir-​reġjun tal-​Kumitat Reġjonali tal-​Bini. Xi volontieri għandhom mnejn jiġu mistidnin biex jgħinu fix-​xogħol t’għajnuna f’postijiet iktar imbegħdin li jkunu ntlaqtu minn xi diżastru.

• Kwalifiki: L-​aħwa rġiel u nisa jridu jkunu mgħammdin u approvati mill-​ġemgħa tal-​anzjani. Jistaʼ jkollhom sengħa jew le.

• Kif Tapplika: Imla l-​Kingdom Hall Volunteer Worker Questionnaire (S-​82) li jistgħu jagħtuhielek l-​anzjani lokali.

L-​Iskola tas-​Servizz taʼ Pijunier

• Skop: Biex tgħin lill-​pijunieri ‘jwettqu bis-​sħiħ il-​ministeru tagħhom.’—2 Tim. 4:5.

• Kemm Iddum: Ħmistax.

• Post: Jiddeċiedi l-​uffiċċju tal-​fergħa; normalment f’Sala tas-​Saltna fil-​viċin.

• Kwalifiki: Dawk li ilhom jaqdu bħala pijunieri regulari minn tal-​inqas għal sena.

• Kif Tinkiteb Fiha: Pijunieri li jikkwalifikaw jinkitbu awtomatikament mill-​indokratur tas-​circuit tagħhom u hu jinformahom.

L-​Iskola għad-​Dħul f’Betel

• Skop: Din l-​iskola hi disinjata biex tgħin lil beteliti ġodda jkollhom suċċess fis-​servizz tagħhom f’Betel.

• Kemm Iddum: Siegħa fil-​ġimgħa għal sittax-​il ġimgħa.

• Post: Betel.

• Kwalifiki: Trid tkun membru permanenti tal-​familja Betel jew volontier temporanju għal tul taʼ żmien (sena jew iktar).

• Kif Tinkiteb Fiha: Membri tal-​familja Betel li jikkwalifikaw jinkitbu fiha awtomatikament.

L-​Iskola tal-​Ministeru tas-​Saltna

• Skop: Biex tħarreġ lill-​anzjani u l-​qaddejja ministerjali jieħdu ħsieb ir-​responsabbiltajiet tagħhom tal-​indokrar u tal-​organizzazzjoni. (Atti 20:28) Din l-​iskola tinżamm kull ftit snin skont kif tiddeċiedi l-​Ġemgħa li Tiggverna.

• Kemm Iddum: Fi snin reċenti damet ġurnata u nofs għall-​anzjani u ġurnata għall-​qaddejja ministerjali.

• Post: Normalment f’Sala tas-​Saltna fil-​viċin jew f’Sala tal-​Assemblea.

• Kwalifiki: Trid tkun anzjan jew qaddej ministerjali.

• Kif Tinkiteb Fiha: Anzjani u qaddejja ministerjali li jikkwalifikaw jiġu mistidnin mill-​indokratur tas-​circuit.

L-​Iskola għall-​Anzjani tal-​Kongregazzjonia

• Skop: Biex tgħin lill-​anzjani jieħdu ħsieb ir-​responsabbiltajiet tagħhom fil-​kongregazzjoni.

• Kemm Iddum: Ħamest ijiem.

• Post: Jiddeċiedi l-​uffiċċju tal-​fergħa; normalment f’Sala tas-​Saltna fil-​viċin jew f’Sala tal-​Assemblea.

• Kwalifiki: Trid tkun anzjan.

• Kif Tinkiteb Fiha: Anzjani li jikkwalifikaw jiġu mistidnin mill-​uffiċċju tal-​fergħa.

L-​Iskola għall-​Indokraturi li Jivvjaġġaw u n-​Nisa Tagħhomb

• Skop: Biex l-​indokraturi tas-​circuit u tad-​distrett ikunu iktar effettivi f’li jaqdu lill-​kongregazzjonijiet u sabiex “jaħdmu iebes biex jitkellmu u jgħallmu” u biex jirgħu lil dawk li huma fil-​ħarsien tagħhom.—1 Tim. 5:17; 1 Pt. 5:2, 3.

• Kemm Iddum: Xahrejn.

• Post: Jiddeċiedi l-​uffiċċju tal-​fergħa.

• Kwalifiki: Trid tkun indokratur tas-​circuit jew tad-​distrett.

• Kif Tinkiteb Fiha: Indokraturi li jivvjaġġaw u li jikkwalifikaw u n-​nisa tagħhom jiġu mistidnin mill-​uffiċċju tal-​fergħa.

L-​Iskola tal-​Bibbja Għal Aħwa Rġiel Mhux Miżżewġinc

• Skop: Biex lill-​anzjani u l-​qaddejja ministerjali mhux miżżewġin tippreparahom għal iktar responsabbiltajiet. Il-​biċċa l-​kbira minn dawk li jiggradwaw jiġu inkarigati biex jaqdu fejn hemm bżonn f’pajjiżhom. Xi ftit għandhom mnejn jingħataw inkarigu f’pajjiż ieħor jekk jinformaw lill-​uffiċċju tal-​fergħa li huma disponibbli li jaqdu f’pajjiż ieħor.

• Kemm Iddum: Xahrejn.

• Post: Jiddeċiedi l-​uffiċċju tal-​fergħa; normalment f’Sala tal-​Assemblea jew f’Sala tas-​Saltna.

• Kwalifiki: Aħwa rġiel mhux miżżewġin li għandhom bejn it-​23 u t-​62 sena u li għandhom saħħa tajba u jixtiequ jaqdu lil ħuthom u l-​interessi tas-​Saltna kull fejn ikun hemm bżonn. (Mk. 10:29, 30) Iridu jkunu ilhom jaqdu minn tal-​inqas sentejn kontinwi bħala qaddejja ministerjali jew anzjani.

• Kif Tapplika: Jekk din l-​iskola hi disponibbli fit-​territorju tal-​fergħa tiegħek, laqgħa għal dawk li huma interessati li jinkitbu fiha se tinżamm fl-​assemblea tas-​circuit. Tingħata iktar informazzjoni matul din il-​laqgħa.

L-​Iskola tal-​Bibbja Għal Koppji Kristjanid

• Skop: Biex tagħti taħriġ speċifiku lil koppji miżżewġin sabiex ikunu jistgħu jintużaw iktar bis-​sħiħ minn Ġeħova u l-​organizzazzjoni tiegħu. Il-​biċċa l-​kbira mill-​gradwati jiġu inkarigati jaqdu fejn hemm bżonn f’pajjiżhom. Xi ftit jistgħu jingħataw inkarigu f’pajjiż ieħor jekk jagħmlu lilhom infushom disponibbli.

• Kemm Iddum: Xahrejn.

• Post: L-​ewwel ftit klassijiet qed jinżammu fil-​Watchtower Educational Center f’Patterson, New York, l-​Istati Uniti tal-​Amerika. Wara dan, din l-​iskola se tinżamm f’postijiet li jiddeċiedi l-​uffiċċju tal-​fergħa, normalment f’Sala tal-​Assemblea jew f’Sala tas-​Saltna.

• Kwalifiki: Koppji miżżewġin li għandhom bejn il-​25 u l-​50 sena u li għandhom saħħa tajba u li ċ-​ċirkustanzi jippermettulhom jaqdu kull fejn hemm bżonn u li għandhom l-​attitudni: “Hawn jien! Ibgħat lili.” (Is. 6:8) Iżjed minn hekk, iridu jkunu ilhom miżżewġin minn tal-​inqas sentejn u li bħalissa ilhom jaqdu fis-​servizz full-​time minn tal-​inqas sentejn kontinwi.

• Kif Tapplika: Jekk din l-​iskola hi disponibbli fit-​territorju tal-​fergħa tiegħek, għal dawk li huma interessati li jinkitbu fiha se tinżamm laqgħa fl-​assemblea tas-​circuit. Tingħata iktar informazzjoni matul din il-​laqgħa.

L-​Iskola taʼ Gilegħad

• Skop: Biex tħarreġ lil pijunieri u qaddejja full-​time oħrajn għas-​servizz missjunarju.

• Kemm Iddum: Ħames xhur.

• Post: Watchtower Educational Center, Patterson, New York, l-​Istati Uniti tal-​Amerika.

• Kwalifiki: Koppji miżżewġin li ilhom mgħammdin tliet snin u li għandhom bejn il-​21 u t-​38 sena meta jibagħtu l-​ewwel applikazzjoni tagħhom. Iridu jkunu jafu jitkellmu bl-​Ingliż, ilhom miżżewġin minn tal-​inqas sentejn, u li bħalissa ilhom jaqdu fis-​servizz full-​time minn tal-​inqas sentejn kontinwi. Min japplika għandu jkollu saħħa tajba. Pijunieri li jaqdu f’pajjiż barrani, (inkluż dawk li għandhom stat taʼ missjunarju); indokraturi li jivvjaġġaw; membri tal-​familja taʼ Betel; u wħud li fil-​passat iggradwaw mill-​Iskola tat-​Taħriġ Ministerjali, mill-​Iskola tal-​Bibbja Għal Aħwa Rġiel Mhux Miżżewġin, u mill-​Iskola tal-​Bibbja Għal Koppji Kristjani jistgħu japplikaw ukoll jekk jilħqu l-​kwalifiki.

• Kif Tapplika: F’ċerti fergħat, għall-​uħud interessati li jattendu din l-​iskola tinżamm laqgħa fil-​konvenzjoni tad-​distrett. Tingħata iktar informazzjoni matul din il-​laqgħa. Jekk fil-​pajjiż tiegħek ma ssir l-​ebda laqgħa fil-​konvenzjonijiet u int tixtieq tapplika, tistaʼ tikteb lill-​uffiċċju tal-​fergħa tiegħek għal iktar informazzjoni.

L-​Iskola għall-​Membri tal-​Kumitati tal-​Fergħa u n-​Nisa Tagħhom

• Skop: Biex tgħin lil dawk li jaqdu fil-​Kumitati tal-​Fergħa biex jieħdu ħsieb aħjar ix-​xogħol taʼ li jindokraw id-​djar taʼ Betel, biex jagħtu attenzjoni lil kwistjonijiet tas-​servizz li jeffettwaw il-​kongregazzjonijiet, u biex jieħdu ħsieb is-​circuits u d-​distretti tat-​territorji rispettivi tagħhom, kif ukoll id-​diversi dipartimenti f’Betel.—Lq. 12:48b.

• Kemm Iddum: Xahrejn.

• Post: Watchtower Educational Center, Patterson, New York, l-​Istati Uniti tal-​Amerika.

• Kwalifiki: Membru tal-​Kumitat tal-​Fergħa jew tal-​Kumitat tal-​Pajjiż jew tkun qed taqdi f’dik ir-​responsabbiltà.

• Kif Tinkiteb Fiha: Aħwa rġiel li jikkwalifikaw u n-​nisa tagħhom jiġu mistidnin mill-​Ġemgħa li Tiggverna.

[Noti taʼ taħt]

a Bħalissa din l-​iskola ma ssirx f’kull pajjiż.

b Bħalissa din l-​iskola ma ssirx f’kull pajjiż.

c Bħalissa din l-​iskola ma ssirx f’kull pajjiż.

d Bħalissa din l-​iskola ma ssirx f’kull pajjiż.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja