LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 2/12 p. 4
  • Avviżi

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Avviżi
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2012
Il-Ministeru tas-Saltna—2012
km 2/12 p. 4

Avviżi

◼ Offerta tal-​letteratura għal Frar: Jistaʼ jintuża kwalunkwe browxer taʼ 32 paġna minn dawn li ġejjin u li se jkunu taʼ interess għan-​nies fil-​komunità: Veru li Alla Jimpurtah Minna?, Gawdi l-​Ħajja fuq l-​Art Għal Dejjem!, Ibqaʼ Għassa!, Għandek Int Temmen fit-​Trinità?, Ktieb għan-​Nies Kollha, X’Jiġrilna meta Mmutu?, X’Inhu l-​Iskop tal-​Ħajja—Kif Tistaʼ Ssibu?, Meta Xi Ħadd Li Tħobb Imut. Marzu: Il-​Bibbja X’Tgħallem Verament? Stinka biex tibda studju tal-​Bibbja fl-​ewwel żjara. Jekk l-​inkwilini jkollhom il-​ktieb diġà u ma jaċċettawx studju tal-​Bibbja, il-​pubblikaturi jistgħu joffru pubblikazzjoni iktar antika jew kwalunkwe browxer li jittratta dwar l-​interessi tal-​persuna. April u Mejju: Ir-​rivisti It-​Torri tal-​Għassa u Stenbaħ! Meta jintwera interess, offri l-​fuljett Tixtieq Tkun Taf il-​Verità? u stinka biex tibda studju tal-​Bibbja. Meta terġaʼ żżur lil nies interessati, inkluż dawk li attendew it-​Tifkira jew xi attivitajiet teokratiċi oħrajn iżda li mhumiex jissieħbu b’mod attiv mal-​kongregazzjoni, ikkonċentra fuq li tibda studji bil-​ktieb Il-​Bibbja X’Tgħallem?

◼ It-​taħdita speċjali se tingħata fi tmiem il-​ġimgħa wara t-​Tifkira u hija intitolata “Ninsabu Eqreb Lejn it-​Tmiem Milli Taħseb?”

◼ Kull meta l-​pjanijiet tal-​ivvjaġġar persunali jinkludu li wieħed iżur xi pajjiż li ma jkunx imniżżel separatament fir-​rapport tas-​sena taʼ servizz kurrenti jew li l-​indirizz tiegħu ma jkunx imniżżel fl-​aħħar paġna tal-​aħħar Yearbook, jekk jogħġbok ikkuntattja l-​uffiċċju tal-​fergħa tiegħek biex tkun ċert liema prekawzjonijiet jew istruzzjonijiet speċjali għandhom mnejn iridu jiġu segwiti. Ix-​xogħol tas-​Saltna f’dak il-​pajjiż jistaʼ jkollu ċerti restrizzjonijiet. (Mt. 10:16) F’xi pajjiżi jistaʼ ma jkunx għaqli li l-​viżitaturi jikkuntattjaw lix-​Xhieda jew lill-​kongregazzjonijiet lokali. Direzzjoni oħra tistaʼ tingħatalek dwar għoti taʼ xhieda informali jew dwar li ġġorr provvisti taʼ letteratura. Il-​kooperazzjoni tiegħek mad-​direzzjoni provduta se tevita problemi bla bżonn għalik jew għax-​xogħol tas-​Saltna fil-​pajjiż li tkun qed iżżur.—1 Kor. 14:33, 40.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja