Avviżi
◼ Offerta tal-letteratura għal Marzu: Il-Bibbja X’Tgħallem Verament? Stinka biex tibda studju tal-Bibbja fl-ewwel żjara. Jekk l-inkwilini jkollhom il-ktieb diġà u ma jaċċettawx studju tal-Bibbja, il-pubblikaturi jistgħu joffru pubblikazzjoni iktar antika jew kwalunkwe browxer li jittratta dwar l-interessi tal-persuna. April u Mejju: Ir-rivisti It-Torri tal-Għassa u Stenbaħ! Meta jintwera interess, offri l-fuljett Tixtieq Tkun Taf il-Verità? u stinka biex tibda studju tal-Bibbja. Meta terġaʼ żżur lil nies interessati, inkluż dawk li attendew it-Tifkira jew xi attivitajiet teokratiċi oħrajn iżda li mhumiex jissieħbu b’mod attiv mal-kongregazzjoni, ikkonċentra fuq li tibda studji bil-ktieb Il-Bibbja X’Tgħallem? Ġunju: Il-Bibbja X’Tgħallem Verament? Stinka biex tibda studju tal-Bibbja fl-ewwel żjara. Jekk l-inkwilini jkollhom il-ktieb diġà u ma jaċċettawx studju tal-Bibbja, il-pubblikaturi jistgħu joffru pubblikazzjoni iktar antika jew kwalunkwe browxer li jittratta dwar l-interessi tal-persuna.
◼ It-Tifkira se tinżamm nhar il-Ħamis, 5 t’April, 2012. Jekk il-kongregazzjoni tagħkom normalment ikollha l-laqgħa nhar taʼ Ħamis, din għandha tinżamm f’ġurnata oħra tal-ġimgħa jekk is-Sala tas-Saltna tkun disponibbli. Jekk dan ma jkunx possibbli u tiġi effettwata l-Laqgħa tas-Servizz, it-taħditiet li japplikaw b’mod partikulari għall-kongregazzjoni tagħkom jistgħu jiġu inklużi f’Laqgħa tas-Servizz oħra.
◼ Iż-żewġ DVDs taż-żgħażagħ How Can I Make Real Friends? u What Will I Do With My Life?, se jiġu kunsidrati matul il-Laqgħat tas-Servizz li ġejjin. Jekk ikun hemm bżonn taʼ kopji tad-DVDs, għandhom jiġu ordnati permezz tal-kongregazzjoni kemm jistaʼ jkun malajr.