LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 9/12 p. 1
  • Uża Preżentazzjoni Adattata

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Uża Preżentazzjoni Adattata
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2012
  • Materjal Simili
  • ‘Żommu fil-Kelma Tiegħi’
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • ‘Offri Rivista Iktar Antika jew Kwalunkwe Browxer li Jittratta Dwar l-Interessi tal-Persuna’
    Il-Ministeru tas-Saltna—2011
  • Ipprietka lil “Nies taʼ Kull Xorta”
    Il-Ministeru tas-Saltna—2012
  • Tistmaha Int il-Letteratura Tagħna?
    Il-Ministeru tas-Saltna—2002
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2012
km 9/12 p. 1

Uża Preżentazzjoni Adattata

1. X’nistgħu nitgħallmu mill-​fatt li l-​Kristjani tal-​bidu kienu jbiddlu l-​preżentazzjoni tagħhom?

1 Il-​Kristjani tal-​bidu ppritkaw l-​aħbar tajba lil nies taʼ kulturi u reliġjonijiet differenti. (Kol. 1:23) Għalkemm il-​messaġġ kien l-​istess—dwar is-​Saltna t’Alla—il-​preżentazzjoni kienet titbiddel skont l-​udjenza. Pereżempju, meta Pietru tkellem maʼ Lhud li kellhom rispett profond għall-​Iskrittura beda billi kkwota mill-​profeta Ġoel. (Atti 2:14-​17) Min-​naħa l-​oħra, innota l-​mod kif Pawlu rraġuna mal-​Griegi kif jidher f’​Atti 17:22-​31. Illum il-​ġurnata, in-​nies f’xi nħawi jirrispettaw l-​Iskrittura, u nistgħu bil-​libertà kollha nirreferu għall-​Bibbja hekk kif immorru minn dar għal dar. Madanakollu, jistaʼ jkollna nużaw l-​għaqal meta nitkellmu maʼ dawk li ma jkollhom ebda interess fil-​Bibbja jew fir-​reliġjon jew maʼ dawk li jkunu jagħmlu parti minn reliġjon li mhix Kristjana.

2. Kif nistgħu nużaw l-​offerta taʼ letteratura biex ngħinu lil dawk li jirrispettaw il-​Bibbja kif ukoll lil dawk li ma jirrispettawhiex?

2 Uża l-​Offerta taʼ Letteratura b’Mod Effettiv: L-​offerti taʼ letteratura għal din is-​sena taʼ servizz se jitbiddlu kull xahrejn u se jiffokaw fuq rivisti, fuljetti, u browxers. Anke jekk in-​nies fit-​territorju tagħna ġeneralment ma jkunux interessati fil-​Bibbja, xorta se nkunu nistgħu noffru xi ħaġa li x’aktarx tinteressahom. Forsi ma naqrawx skrittura fl-​ewwel żjara jew ma nirreferux b’mod dirett għall-​Bibbja, imma meta jintwera l-​interess nistgħu mmorru lura bil-​mira li ngħinu lill-​inkwilin jibni l-​fidi fil-​Ħallieq u fil-​Kelma mnebbħa tiegħu. Mill-​banda l-​oħra, jekk inkunu qed nippritkaw fi nħawi fejn in-​nies jirrispettaw il-​Bibbja, nistgħu nużaw letteratura u preżentazzjoni li tibni fuq dan is-​suġġett. Infatti, nistgħu noffru l-​ktieb Il-​Bibbja X’Tgħallem? jew il-​browxer Ismaʼ Minn Alla u Tgħix Għal Dejjem fi kwalunkwe żmien, tkun xi tkun l-​offerta tax-​xahar. L-​importanti hu li tintuża preżentazzjoni adattata.

3. Qalb in-​nies fit-​territorju tagħna b’liema mod tixbah lill-​ħamrija?

3 Ipprepara “l-​Ħamrija”: Il-​qalb taʼ individwu tixbah ħafna ’l-​ħamrija. (Lq. 8:15) Xi ħamrija teħtieġ iktar preparazzjoni qabel ma ż-​żerriegħa tal-​verità Biblika tkun tistaʼ tqabbad l-​għeruq u tikber. Evanġelizzaturi tal-​ewwel seklu ħawlu b’suċċess f’kull tip taʼ ħamrija, u dan ġabilhom sodisfazzjon u ferħ. (Atti 13:48, 52) Nistgħu nesperjenzaw suċċess simili billi nagħtu attenzjoni għall-​preżentazzjoni tagħna.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja